Left arrow Go Back

Għotja ta’ €33,000 bħala għajnuna lil ħdax-il negozjant Ġdid Għawdxi

PR1659
Date Icon 03/11/2008
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. GiovannaDebono qassmet ċertifikati u għotja ta’ €3,000 lil ħdax-il negozjant ‘self employed’ Għawdxi li pparteċipaw b’suċċess fi skema mnedija mill-ETC f’Għawdex.
‘Ibda n-Negozju tiegħekf’Għawdex’ kien programm intenzjonat għal dawk il-persuni Għawdxin li kienu nteressati li jiftħu negozju għal rashom u kienet b’mod partikolari mmirata lejn dawk il-persuni li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol ma’ l-ETC. Setgħu jipparteċipaw ukoll nisa li xtaqu jirritornaw lura fid-dinja tax-xogħol.
Matul il-programm il-parteċipanti setgħujakkwistaw ħiliet u esperjenzi ferm utli biex ikunu jistgħu jarmaw u jkollhom in-negozji tagħhom li jrendulhom sodisfazzjon u mezz għall-għixien. Marbut ma’ l-istess skema kien hemm għotja imprenditorjali ta’ €3,000 lil kull parteċipant wara li dan ikun ġie rreġistrat bħala persuna li taħdem għal rasha.
Dan il-programm kien jinkludi tlett fażijietprinċipali. Fl-ewwel fażi il-parteċipanti attendew għall-kors ta’ 140 siegħa ta’ taħriġ li kien jinkorpora tagħlim ibbażat fuq il-kreattivita’ u l-akkwist ta’ ħiliet ta’ kif wieħed jista’ jmexxi negozju b’mod effettiv. It-taħriġ kien jinkludi sessjonijiet dwar l-aspett legali tan-negozju, regolamenti amministrattivi ċivili, il-pjan tan-negozju u ħiliet oħra tat-tmexxija.
Fit-tieni fażi l-parteċipanti setgħu jagħmlul-preparazzjoni billi bdew jaħdmu fuq il-pjan tan-negozju tagħhom. Uħud setgħu jibdew il-proċess li jġibu l-permessi u d-dokumenti uffiċjali meħtieġa biex iħaddmu n-negozju.
Fit-tielet fażi ġew stabbiliti n-negozji l-ġoddafilwaqt li beda jitqiegħed fil-prattika t-taħriġ li sar fil-fażijiet ta’ qabel. Barra minn hekk il-parteċipanti setgħu japplikaw għall-korsijiet oħra tal-ETC biex isaħħu l-abiltajiet tagħhom.
B’kollox ħdax-il parteċipant temmew b’suċċessdan il-proċess li wassal biex inħolqu ħdax-il negozju ġdid f’Għawdex. In-negozji jvarjaw minn bejgħ u kiri ta’ oġġetti elettroniċi u apparat awdjo viżiv, xogħol ta’ skultura fil-ġebel, mastrudaxxa, produzzjoni ta’ ikel tradizzjonali lokali,  u servizzi turistiċi.
Waqt iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni,il-Ministru Giovanna Debono faħħret l-inizjattivi ta’ dawk kollha li pparteċipaw b’mod partikolari għax emmnu fil-kapaċitajiet tagħhom u għarfu jieħdu l-opportunita’ li ġiet offruta lilhom permezz ta’ din l-iskema. Huwa ta’ sodisfazzjon li wieħed jinnota li permezz ta’ din l-iskema, ħdax-il persuna li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol issa rnexxielhom iwaqqfu n-negozju tagħhom stess. Minbarra li jfisser li issa dawn il-persuni għandhom xogħol tagħhom, dan iżid ukoll il-potenzjal li ’l quddiem uħud minnhom jistgħu wkoll jimpjegaw nies magħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow