Left arrow Go Back

Ġurnata ta’ ċelebrazzjoni għat-tfal

PR1658
Date Icon 03/11/2008
Hija verità magħrufa illi t-tfalhuma l-futur ta’ pajjiżhom. Għaldaqstant, it-tfal ta’ Malta ser jirċievu trattament speċjali bi programm ta’ attivitajiet imfassal mill-Gvern għall-Jum Dinji tat-Tfal, li ser jiġi ċċelebrat fit-23 ta’ Novembru.
Il-Jum Dinji tat-Tfal beda’ jiġi ċċelebrat fl-20ta’ Novembru 1959, meta l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda addottat id-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Dan il-jum jiġi ċċelebrat f’dati differenti madwar id-dinja – fl-Arġentina, per eżempju, jiġi ċċelebrat f’Awwissu. Fl-Indja, il-Jum Dinji tat-Tfal jiġi ċċelebrat f’Novembru, waqt li fil-Brażil jiġi ċċelebrat f’Ottubru. Fl-Iżrael, dan il-jum jiġi  ċċelebrat f’April.

F’Malta, iċ-ċelebrazzjonijiet ser isiru fit-23 ta’ Novembru b’għadd ta’ attivitajiet fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, grazzi għall-isforz kollettiv tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-entitajiet marbuta magħhom.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina temmen illi huwa dmir tagħna lkoll li nassiguraw ambjent edukattiv għat-tfal u li nipprovdulhom attivitajiet li jippromwovu s-saħħa. “L-eżerċizzju tal-moħħ huwa importanti daqs dak fiżiku. L-attivitajiet tal-Jum Dinji tat-Tfal għandhom iservu ta’ stimolu li jippermetti lit-tfal li jiddevertu mingħajr periklu, u li jħeġġiġhom biex jibqgħu attivi mhux biss matul il-jum iddedikat lilhom, imma tul ħajjithom kollha. L-eżerċizzju u l-attività jżommuhom f’saħħithom.

“Nixtiequ li t-tfal ikunu jafu li huma dejjem fil-ħsieb tagħna, u għaldaqstant qegħdin naħdmu biex nibnu u nsaħħu infrastruttura li tassigura d-dritt tagħhom għall-edukazzjoni u għad-divertiment, kif ukoll għal ambjent li fih nibżgħu għalihom,” qal il-Ministru għall-Politika Soċjali John Dalli. “L-għan tagħna huwa li nagħtuhom biss l-aħjar, imma matul dan il-jum partikolari nixtiequ illi t-tfal jiddevertu, filwaqt li nħeġġu lill-kbar jieqfu u jaħsbu kif l-aħjar jirrispettaw il-bżonnijiet tat-tfal.”

It-tema tal-ġurnatahija ‘Id-dritt tagħna li nitgħallmu u niddevertu.’ L-attivitajiet ser ikunu ta’ ġeneri varjati li jlaqqgħu flimkien l-edukazzjoni u r-rikreazzjoni, u ser jinkludu arti u ‘crafts’, sport, mużika, drama u żfin, annimali u ambjent, teknoloġija u moda, saħħa u sigurtà, kif ukoll ikel u xorb. Mal-entitajiet governattivi ser jieħdu sehem ukoll għadd ta’ organizzazzjonijiet li ser jappoġġjaw iċ-ċelebrazzjonijiet billi jżommu numru ta’ attivitajiet interattivi. Dawn l-attivitajiet ta’ edukazzjoni u divertiment, li jirrekjedu l-parteċipazzjoni diretta tat-tfal, ser ikunu mfassla biex jgħaqqdu flimkien l-edukazzjoni u d-divertiment, bil-ħsieb li jassiguraw ġurnata ta’ logħob u tagħlim.
Fost l-għaqdiet parteċipanti hemm l-Uffiċċjutal-Kummissarju għat-Tfal, l-entità li tagħti leħen lit-tfal, tħeġġiġhom biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà, tippromwovi d-drittijiet tagħhom u ssegwi u tevalwa l-kwalità tas-servizzi li jingħatawlhom.
Ħafna mill-attivitajiet ser jinżammu f’żonidifferenti tal-Park Nazzjonali. Dawn iż-żoni jinkludu l-Welcome Zone u l-Help Zone, iż-żoni għall-iSport, għat-Teatru u għall-Attivitajiet u ż-żona għall-Ikel u x-Xorb.
L-attivitajiet jibdew f’nofsinhar u jintemmufl-4.30 ta’ wara nofsinhar.

.../logo

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow