Left arrow Go Back

SENSIELA ĠDIDA TA’ ŻJARAT KULTURALI GĦAL KULĦADD

PR1657
Date Icon 03/11/2008
Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qediniedi sensiela oħra ta’ Żjarat Kulturali għal kulħadd. Dawn iż-Żjarat Kulturali llum saru parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet li bosta jkunu qed jistennew kull sena biex ikabbru t-tagħrif tagħhom dwar il-patrimonju u dak kollu li hu Malti.
B’kollox se jkun hemm tmien żjarat li serjinżammu bejn il-Ħadd 23 ta’ Novembru 2008 u l-10 ta’ Mejju 2009.
Il-programm ta’ dawn iż-żjarat ser ikunimqassam hekk:
Il-Ħadd, 23 ta’ Novembru 2008• Il-Palazz tal-Inkiżitur fil-Girgenti • Il-Palazz Verdala fil-Buskett • Il-Knisja l-Qadima u l-Knisja tal-Provvidenza fis-Siġġiewi
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru 2008Żjara fil-Birgu bi gwida elettronika • Id-Dar Normanna fil-Birgu • Naqsmu għall-Isla bid-dgħajsa Maltija • Il-kappella ta’ San Ġiljan u Forti ta’ San Mikiel fl-Isla
Il-Ħadd, 18 ta’ Jannar 2009• Il-Katakombi ta’ San Pawl u d-Dar Rumana fir-Rabat • Is-Sotterrani mwiergħa fl-Imdina • Dawra mar-Rabat, l-Imdina u l-Imtarfa bil-ferrovija
Il-Ħadd, 8 ta’ Frar 2009Fil-Belt Valletta: • Il-Berġa ta’ Aragona • Il-Berga tal-Baviera • Il-Knisja tal-Pilar • L-oratorju ta’ Ġesu’ Nazzarenu tal-Arċikonfraternita’ tal-Madonna tal-Karmnu • Il-Casino Maltese • Id-Domus Pauli b’wirja Pawlina filwaqt li nassistu għall-pellegrinaġġi Nazzjonali Pawlini min diversi knejjes fil-Belt
Il-Ħadd, 15 ta’ Marzu 2009• Għar Dalam • Il-Kappella ta’ Loretu fil-Gudja • Il-Ġnien taċ-Ċiniżi f’Santa Luċija • It-Tempji ta’ Ħal-Tarxien
Il-Ħadd, 5 t’April 2009Għawdex u l-Kult tal-Ġimgħa Mqaddsa Ħarġa Kulturali ta’ ġurnata f’Għawdex fejn barra postijiet ta’ interess niskopru wkoll id-drawwiet u l-Kult tal-Ġimgħa Mqaddsa f’din il-gżira.
Il-Ħadd, 26 t’April 2009Fil-Furjana: • Il-Ġonna tal-Argotti , tal-Mall u ta’ San Filippu • Il-Mużew tal-Pulizija u l-kriminalita’ • Ġnien il-Mistrieħ
Il-Ħadd, 10 ta’ Mejju 2009Dawra bil-Lanċa mal-Gżejjer ta’ San Pawl u l-inħawi
Kull min jixtieq japplika biex jattendi għaldawn iż-żjarat għandu jimla applikazzjoni li tinġabar mill-Kunsill Malti ghall-Kultura u Arti, 230 Triq ir-Repubblika il-Belt Valletta, sa mhux aktar tard mill-Erbgħa ta’ qabel kull zjara rispettiva.
Jiġu wkoll aċċettati applikazzjonijietgħaż-żjarat kollha li fuqhom hemm prezz ridott. Aktar informazzoni tista’ tingħata permezz tat-telefon billi wieħed iċempel fuq 21232515 jew 21245168 inkella billi jibgħat e-mail fuq noeldamato@maltaculture.com jew billi jżuru is-sit elettroniku www.maltaculture.com
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow