IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT JINDIRIZZA L-FTUĦ TAL-ĠIMGĦA EWROPEA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
PR1655
02/11/2008
| “Iż-Żgħażagħ huma l-pedament tas-soċjetà | għaldaqstant hu importanti li ngħatuhom l-importanza meħtieġa biex jesprimu lilhom nfushom. Dan hu l-għan tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ li tinvolvi u tagħti lok għall-parteċipazzjoni attiva minn din il-ġenerazzjoni.” |
| Dan qalu s-Segretarju Parlamentari | għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli, waqt li inawgura uffiċjalment il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ, li qed issir fil-Belt Valletta mill-Ħadd 2 ta’ Novembru sa nhar il-Ħadd 9 ta’ Novembru. |
| Is-Segretarju Parlamentari semma li din | l-attività mhux biss se tesponi il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ imma turi wkoll il-fiduċja li iż-żagħżagħ kisbu u qed jiksbu minn kulħadd. Hu semma kif il-gvern qed jinvesti b’mod kontinwu fl-edukazzjoni. Fost oħrajn bil-bini ta’ kulleġġ ġdid għall-MCAST, bini ta’ skejjel ġodda kif ukoll investiment fl-Università ta’ Malta. |
| Clyde Puli semma wkoll l-opportunitajiet li | qed jinħolqu liż-żgħażagħ Maltin. Hu semma l-opportunitajiet fis-settur ta’ l-ICT kif ukoll f’setturi oħra bħas-servizzi finanzjarji u s-settur tal-Farmaċewtika. |
| Clyde Puli semma kif bħalissa qed tiġi | aġġornata l-politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ u għaldaqstant din il-ġimgħa se tkompli tgħin fil-proċess ta’ konsultazzjoni maż-żgħażagħ. Hu fakkar kif matul din il-ġimgħa se jkun hemm mhux anqas minn 26 diskussjoni dwar suġġetti differenti, liema proġett ġie organizzat mill-Malta Association of Youth Workers (MAY). |
| Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li | iż-żgħażagħ u dawk kollha li se jipparteċipaw se jkunu jistgħu iżommu ruħhom attivi fiżikament, permezz ta’ aktar minn ħamsin attività sportiva, organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport. |
| Semma kif dan il-proġett minkejja li qed | jittella għal ewwel darba, kien suċċess mil-lat ta’ parteċipazzjoni, u għaldaqstant awgura li din il-Ġimgħa tkun ukoll suċċess bħala attendenza mill-pubbliku. |
| Din l-attività kienet indirizzata wkoll | mil-Koordinatur Nazzjonali tal-Aġenzija tal-Programmi ta’ l-Unjoni Ewropea (EUPA), Mauro Pace Parascandalo, li semma kif grazzi għal-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea dan il-proġett seta jsir u dan qed iseħħ simultanjament madwar 30 pajjiż ieħor Ewropew. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en