IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CLYDE PULI JINDIRIZZA SEMINAR GĦALL-COACHES TAT-TENNIS
PR1654
01/11/2008
| “Il-Gvern flimkien mal-Kunsill Malti | għall-Isport jinsabu għaddejin fuq ħidma sabiex jinħoloq direttorju ta’ coaches kwalifikati. Hemm bżonn li jkollna stampa ċara tal-livell tal-coaches f’pajjiżna u fejn hemm il-ħtieġa noffru taħriġ biex il-livell ikompli jitjieb.” |
| Dan qalu s-Segretarju Parlamentari | għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza seminar organizzat mill-Federazzjoni Maltija tat-Tennis bl-għan speċifiku li jibni direttorju tal-coaches skond il-klassifikazzjoni tagħhom. |
| Clyde Puli faħħar l-inizjattiva li ħadet | il-Federazzjoni Maltija tat-Tennis sabiex tirregolarizza dan il-qasam tant importanti fl-iżvilupp tekniku tal-isport. Huwa qal li dan qed isir bl-assistenza tal-amministraturi fil-kamp Ewropew u mondjali. |
| Is-Segretarju Parlamentari spjega kif | il-faċilitajiet sportivi, l-amministrazzjoni, l-uffiċjali, il-coaches u l-players huma sisien importanti fl-iżvilupp ta’ kull dixxiplina sportiva. Huwa saħaq dwar l-importanza li dawn jimxu ’l quddiem flimkien. |
| Clyde Puli spjega l-importanza li l-coaches | ikunu kwalifikati b’mod partikolari meta jkunu fdati bir-rwol li jħarrġu lit-tfal. Saħaq li l-element tal-ħiliet bażiċi ta’ dixxiplina sportiva hu fundamentali. Huwa kompla jgħid li għaldaqstant jkun żball kbir jekk xi tfal li jħobbu l-isport jiġu mħarrġa minn xi ħadd li ma jagħrafx il-ħtiġijiet partikolari tagħhom. |
| Is-Segretarju Parlamentari fakkar is-suċċess | tat-tennisti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-żgħar, li kienu fost l-ewwel rebbieħa ta’ midalji għal pajjiżna f’dawn il-logħob. Huwa kompla jgħid li dan is-suċċess seħħ permezz ta’ taħriġ serju u gwida minn coaches imħarrġa. |
| Clyde Puli ħeġġeġ biex Assoċjazzjonijiet | Sportivi oħra jsegwu lill-Federazzjoni Maltija tat-Tennis u jieħdu ħsieb li jirregolarizzaw dan is-settur li huwa importanti għall-iżvilupp ta’ l-isport. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en