DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-WIRJA TA’ SKULTURA KONTEMPORANJA "VOLUMES" TA’ VICTOR AGIUS FIL-MINISTERU GĦALL-GĦAWDEX, IR-RABAT, GĦAWDEX - IS-SIBT, 1 TA’ NOVEMBRU 2008
PR1653
01/11/2008
| Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li | nkun hawn magħkom illejla biex niftaħ din l-esibizzjoni ta’ skultura kontemporanja ta’ Victor Agius. |
| Din l-esibizzjoni mhux biss | turina t-talent li għandu Victor Agius imma turina lkoll il-kapaċitajiet u l-entużjażmu taż-żagħżagħ. |
| Għalkemm Victor għadu ta’ età | relattivament żgħira, diġa rnexxielu jikseb ħafna suċċessi fil-qasam tal-arti. L-esbizzjonijiet tiegħu fl-Italja u x-xogħlijiet tiegħu esposti f’mużewijiet barra minn Malta jagħmlu lil Victor ambaxxatur ta’ pajjiżna fid-dinja tal-arti. Ta’ dan nixtieq nirringrazzjah f’isem il-poplu Malti u Għawdxi. |
| Nemmen ukoll li Victor jista’ | jibgħat messaġġ importanti liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għax bix-xogħlijiet artistiċi tiegħu juri l-importanza li jiżviluppaw t-talenti u l-kapaċitajiet tagħhom. Victor attenda l-Università ta’ Malta fejn studja l-arti u nixtieq nuża dan l-eżempju biex nibgħat messaġġ liż-żagħżagħ tagħna biex huma wkoll ikomplu jinvestu fl-edukazzjoni tagħhom u jiżviluppaw it-talenti tagħhom. Il-Gvern jemmen ħafna fil-potenzjal taż-żgħażagħ. |
| It-twaqqif tal-Istitut tal-Arti | u d-Disinn ġewwa l-MCAST joffri opportunità liż-żgħażagħ u l-adulti jkomplu l-edukazzjoni fl-arti. Mit-twaqqif tiegħu, in-numru ta’ studenti baqa’ jiżdied u llum ilaħħaq aktar minn erbà mitt student. Sal-aħħar tal-2009, l-Istitut sa jkollu ċentru mill-aktar modern għat-taħriġ fil-multimedia. |
| Dan l-investment huwa bbażat fuq | il-kapaċitajiet u l-potenzjal tal-poplu tagħna. L-artist żagħżugħ Victor Agius huwa mudell għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin biex ikomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom. |
| Filwaqt li nifraħlek għal din | il-wirja, nawguralek għall-futur. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en