KULTURA FAVUR L-UŻU TA’ L-ENERĠIJA ALTERNATTIVA U NADIFA
PR1652
01/11/2008
| Il-Gvern hu | impenjat li jdaħħal kultura favur l-użu tal-enerġija alternattiva u l-enerġija nadifa. Dan inkluż, billi l-Gvern jieħu inizjattivi u jagħmel proġetti ġodda. Aktar użu tal-enerġija alternattiva ttejjeb il-kwalita’ tal-arja u tnaqqas it-tniġġiż u għalhekk għandha impatt pożittiv fuq is-saħħa tal-poplu. |
| Kif tħabbar diġa, | fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jkun qiegħed jippubblika u jissottometti d-dokumenti neċessarji lill-MEPA u jinbeda l-proċess ta’ l-applikazzjoni dwar l-irdieden tar-rih (wind farms). Parti mill-proċess hu wkoll li jiġi formulat l-istudju ambjentali. Fil-proċess tal-applikazzjoni ikun hemm ukoll proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, miftuħ għal kulħadd. |
| Permezz | tal-irdieden tar-riħ hu stmat li jiġi ġġenerat elettriku għal 21,000 dar. Il-Gvern qiegħed jaħdem ukoll fuq proġetti oħra ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku mill-iskart biex tonqos id-dipendenza fuq iż-żejt. Mill-impjant tar-Riċiklaġġ f’Sant’Antnin se jiġi ġġenerat elettriku għal 1,400 dar; filwaqt li mill-engineered landfill tal-Għallis se jiġi ġġenerat elettriku għal madwar 4,000 dar. |
| Pajjiżna għandu jagħmel użu massimu minn sorsi | li jinsabu disposti għalih u li permezz tagħhom jiġi ġġenerat l-elettriku. Ir-riħ u l-iskart huma biss żewġ eżempji ta’ dawn is-sorsi. Il-Gvern jistieden lil kulħadd biex jissieħeb f’kultura favur l-użu tal-enerġija alternattiva u nadifa. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | jinnota wkoll li kelliem ta’ l-Oppożizzjoni kiteb li esperti teknici fil-Partit Laburista għamlu riċerka u kkonkludew kif u fejn għandhom isiru l-irdieden tar-riħ. Il-Ministeru jittama li dawn isiru pubbliċi. Dan fi spirtu ta’ diskussjoni serja, mingħajr mottivi ulterjuri, biex id-diskussjoni tkun waħda li tfittex l-aqwa ġid għall-pajjiż. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en