Left arrow Go Back

DISKORS TA’ L-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU FL-OKKAŻJONI TA’ TNEDIJA TAL-KTIEB SAILS ROUND MALTA TA’ JOSEPH MUSCAT, IL-MUŻEW MARITTIMU, IL-BIRGU, IL-ĠIMGĦA, 31TA’ OTTUBRU 2008

PR1650
Date Icon 31/10/2008
Għal darb’oħra il-PIN - PubblikazzjonijietIndipendenza ħarġet b’opra oħra kbira bil-ktieb Sails Round Malta ta’ Joseph Muscat.
Illum isem dan il-kittieb hu marbut ma’ dak ligħandu x’jaqsam mal-istorja tal-bastimenti tal-qlugħ Maltin. Il-ktieb għandu valur storiku kbir għaliex jinżel fil-fond ta’ l-istorja tal-bastimenti li baħħru madwar Malta minn żmien il-qedem sal-bidu tas-seklu għoxrin meta l-bastimenti tal-qlugħ prattikament ma baqgħux jidhru madwar Malta.
Irrid nifraħ lill-awtur tad-dedikazzjoni tiegħu,mhux biss għal dan il-ktieb iżda anki għal kotba oħra li ħareġ fl-aħħar snin.  Joseph Muscat għal dawn l-aħħar erbgħin sena ħadem b’ruħu u b’ġismu għar-riċerka ta’ dak li hu marbut mad-dgħajjes u l-bastimenti.   Irnexxielu jpinġi mija u sebgħa u sebgħin għamla ta’ bastimenti tal-qlugħ u dgħajjes tradizzjonali Maltin.  Il-librerija Maltija staniet bil-kotba tiegħu, u billi kotba tiegħu huma bl-Ingliz ukoll, l-istorja u l-kultura ta’ pajjiżna qed titwassal ukoll ‘il barra minn xtutna.
Għal ewwel darba, f’dan il-ktieb, għandnatagħrif dwar il-bastimenti tal-qlugħ bit-termini propju tagħhom.  Id-disinji tagħhom inżammu sempliċi ħafna bl-attrezzatura prinċipali f’posthom – biex bastimenti li llum m’għadniex narawhom fl-ibħra madwarna jkunu jistgħu jiġu viżwalizzati.  Fejn possibbli l-awtur ta l-qisien kif sabhom fid-dokumenti; oħrajn inħadmu minnu fuq tagħrif komparat ma’ bastimenti ta’ pajjiżi oħra. Fejn possibbli ntuzaw l-ilwien li ta’ żmienhom.
B’dan il-ktieb l-awtur stabilixxa kriterju biexikollna gwida tal-bastimenti bl-istorja u bil-kronoloġija tagħhom. Jolqtok fil-ktieb in-nomenklaturi ta’ mriekeb tal-baħar f’ilsna barranin li qabel qajla seta’ jkollna ħjiel tagħhom.
Dan kollu jixhed l-impenn ta’ l-awtur fuq danil-ktieb voluminuż li ma hemmx dubju se jkun utli għal hafna studenti u ricerkaturi tal-qasam marittimu.
Għoġbni b’mod partikolari l-fatt li l-awturjagħti tagħrif ħafif dwar l-istorja marittima ta’ Malta u dwar dawk il-popli li ħakmu ‘l Malta matul is-snin. Hu ċar li l-awtur ried juri li l-ħakkiema tal-Mediterran ħadu wkoll lil Malta billi raw fiha importanza kbira minħabba l-qagħda tagħha f’nofs il-baħar Mediterran.  It-taħlit joħloq influwenzi u dawn iġibu magħhom żviluppi kulturali, ekonomiċi, soċjali u reliġjuzi.  Dawn l-influwenzi kellhom effett qawwi ukoll fuq kif inbidlu l-għamliet għall-aħjar tal-bastimenti li kienu jsiru.
Dawn il-ħsibijiet li l-awtur espona f’danil-ktieb iġgħeluni nirrifletti fuq iż-żmienijiet tallum. L-importanza ta’ pajjiżna u l-pożizzjoni strateġika ta’ dawn il-gzejjer tibqa xi ħaġa prezzjuża fiż-żmienijiet tallum u anke għall li ġej. Il-vokazzjoni marittima tagħna bħala poplu tibqa wkoll rilevanti għal żmienna u anke għal ġejjieni tagħna.

 Anke l-metafora tal-qlugħ tibqa’ rilevanti.  Dawn il-bastimenti tal-qlugħ joffru lil kull min qiegħed f’pożizzjoni ta’ tmexxija u responsabbilita’, simbolu u tixbiha mill-isbaħ ta’ kif il-mewġ jista’ jingħeleb u tuża r-riħ favur tiegħek biex tasal fejn trid.  Il-qlugħ jintuzaw biex tmur fid-direzzjoni u d-destinazzjoni li trid tasal għaliha, minkejja l-mewġ u s-sitwazzjonijiet diffiċli li tista’ tinqabad fihom.  Il-pinnur li wkoll juza r-riħ, idawrek fl-istess ċirku.  Bil-qlugħ, użati tajbin tidħol għal kenn tal-port u tegħleb il-mewġ u l-periklu.  Id-determinazzjoni iddistingwiet lil poplu tagħna matul l-istorja rikka tagħna. 

Il-perikli u l-kurrenti fl-istorja ta’ pajjiznaqatt ma naqsu, iżda d-determinazzjoni u l-ħila kienet aktar minnhom u pajjiżna mexa ‘l quddiem u jkompli jimxi ‘l quddiem billi nieħdu vantaġġ mir-riħ u nuzaw il-qlugħ biex naslu fejn irridu.
Irrid inrodd ħajr lill-awtur Joseph Muscat uawturi oħra – li bil-pubblikazzjonijiet tagħhom ukoll qed jaslu fejn iridu.  Meta tkun qed tagħmel xogħol ta’ riċerka ssib mewġ li mhux dejjem ikun favur tiegħek, iżda bis-saħħa tad-determinazzjoni tagħhom dak kollu li jsawwar l-identita’ Maltija qed jiġi espost aktar u għalhekk magħruf aktar.
Il-PIN  jixirqilha kull ħajr li daħlet għalxogħol kbir bħal mhu Sails Round Malta.
Nawgura li aktar awturi u aktar djartal-pubblikazzjonijiet jidħlu għal riċerka u jippubblikawha għaliex b’hekk ikompli jissaħħaħ l-interess f’dak li hu Malti u dak li jagħmilna Maltin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow