Left arrow Go Back

L-Oppożizzjoni Laburista tibqa’ ankrata mal-passat f’politika li ma tagħmilx ĠieĦ lill-pajjiŻ

PR1645
Date Icon 31/10/2008
F’dan il-mument meta pajjiżnagħandu bżonn ikun preparat biex ikompli jirbaħ l-isfidi għal ġejjieni, l-Oppożizzjoni Laburista tkompli tipprova tħawwad l-imħuħ billi tħaddan politika partiġġjana u rħisa minflok li tassew tfittex l-interessi ta’ pajjiżna b’mod serju u kostruttiv.
Il-Prim Ministru jibqa’determinat li jagħti lill-pajjiż dak kollu li hu neċessarju biex il-poplu tagħna jibqa jirnexxi. Din il-politika tat u tkompli tagħti riżultati għal pajjiżna kif juru l-aħħar ċifri li ġew pubblikati dwar iż-żieda fil-ħolqien tax-xogħol f’pajjiżna.
Dan kollu ma kienx ikunpossibbli kieku pajjiżna semgħa mill-pariri konsistentement żbaljati, li l-Oppożizzjoni Laburista għadha tinsisti fuqhom sal-lum. Li kien għal Oppożizzjoni Laburista,

·        Malta llum mhix fl-Unjoni Ewropea,

·        Malta m’għamlitx ir-riformi li kellha bżonn,

·        Malta żvalutat il-lira, u

·        Malta ma daħlitx fiż-żona tal-Ewro.

U issa l-Partit Laburista qiegħed  jagħti parir biex pajjiżna jaħrab mill-problemi u biex kulħadd jipposponi d-deċizjonijiet li għandna bżonn nieħdu flimkien, minflok li niffaċċjaw ir-realta’ b’kuraġġ kif dejjem għamilna.

Il-Prim Ministru m’huwiex lest li jilgħab dinil-logħba ta’ daħk fil-wiċċ. Dan ġie spjegat bl-aktar mod ċar lill-Korpi Kostitwiti li talbu laqgħa mal-Prim Ministru, liema laqgħa nżammet nhar it-Tnejn li għaddew f’Kastilja, ftit wara li ntemmet il-laqgħa tal-Kabinet.
Għal din il-laqgħa, attendewStefano Mallia, Martin Galea, Helga Ellul, Tancred Tabone, Kevin Decesare, Winston Zahra u Joe Farrugia. Għan-naħa tal-Gvern attendew il-Prim Ministru, l-Ministru Tonio Fenech u l-Ministru Austin Gatt.
Fl-aħħar ta’ din il-laqgħaintlaħaq qbil illi l-Gvern jirrevedi l-proposti tiegħu b’mod li l-impatt fuq l-industriji l-kbar jittaffa u jitnaqqas bl-iskop primarju li jiġu protetti l-postijiet tax-xogħol.  Fl-istess laqgħa ntalaħaq qbil li r-reviżjoni tat-tariffi tidħol fis-seħħ b’effett mill-1 ta’ Ottubru u dan fil-kuntest tad-deċizjoni li ħa l-Prim Ministru illi parti sostanzjali minn dan it-tibdil jiġi assorbit mill-Gvern.
Dakinnhar, intalaħaq qbilukoll li l-għada t-Tlieta, l-Ministri Fenech u Gatt jagħmlu konferenza stampa li matulha jħabbru l-pożizzjoni finali.
Dan kollu juri illi l-Gvernbaqa’ miftuħ għal konsultazzjoni sa’ l-aħħar mument u baqa’ jiltaqa’ ma’ kull min talab laqgħa miegħu. Juri wkoll li l-laqgħat ma jsirux bl-iskop ta’ propaganda rħisa, izda jsiru biex tinstab l-aħjar triq fiċ-ċirkostanzi li pajjiżna għaddej minnhom bħalissa.
Juri wkoll li l-impennsoċjali tal-Gvern huwa konsiderazzjoni ewlenija għaliex f’dan il-proċess, il-Gvern ħaseb biex l-ewwel u qabel kollox jipproteġi l-impiegi iżda ħaseb ukoll għal dawk il-familji fil-bżonn billi ħabbar li se jestendi l-iskema ta’ għajnuna għall-enerġija ntiża għall-familji fil-bżonn u li tkopri kważi waħda minn kull seba’ familji (djar) f’pajjiżna.
Nhar it-Tnejn,8 ta’ Settembru, 2008, il-Kap tal-Oppożizzjoni kiteb fil-ġurnal The Times li: “Labour is currently working on a set of proposals for new water and electricity tariffs…we aim at being positive and be pro-active even when it comes to utility bills.”  Minkejja li għaddew aktar minn seba’ ġimgħat, l-Oppożizzjoni Laburista baqgħet ma ħarġet bl-ebda proposta.
Dan kollu juri wkoll li l-Oppożizzjonihi mhedija fl-artificjalita’ minflok li tagħti sehemha kif jixraq, b’mod kostruttiv għal ġid ta’ pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow