Jinhatar l-Ombudsman tal-Universita’ b’responsabilta’ wkoll ghall-MCAST u l-ITS
PR1642
31/10/2008
| L-Ombudsman illum ħatar | lill-Professur Charles Farrugia bħala Ombudsman ta’ l-Universita`. Hu jieħu post il-Professur Victor Griffiths li temm it-tieni terminu tal-ħatra tiegħu f’Awwissu ta’ din is-sena. Il-ħatra tal-Professur Farrugia hi bil-liġi għal żmien ħames snin b’seħħ mill-1 ta’ Novembru 2008. |
| Illum ukoll l-Ombudsman | iddelega lill-Ombudsman ta’ l-Universita` s-setgħa li jinvestiga kull azzjoni li ssir mill-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST) u l-Institute of Tourism Studies (ITS) u li ssir minnhom fit-twettiq tal-funzjonijiet amministrattivi tagħhom. Fl-eżerċizzju ta’ din id-delega l-Professur Farrugia għandu jaġixxi skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Ombudsman sa fejn dawn huma applikabbli. |
| Din id-delega qiegħda | fil-prattika testendi s-servizzi ta’ l-Ombudsman ta’ l-Universita` lill-istituzzjonijiet l-oħra ta’ edukazzjoni terzjarja. Jekk min ressaq l-ilment ma jkunx sodisfatt wara l-investigazzjoni ta’ l-Ombudsman ta’ l-Universita`, jista’ dejjem jirrikorri għand l-Ombudsman biex il-każ jiġi kkunsidrat minnu. L-ilmenti minn dawn l-istituzzjonijiet għandhom jiġu milqugħa u reġistrati fl-Uffiċċju ta’ l-Ombudsman, Nru 11, Triq San Pawl, Il-Belt Valletta, fejn l-Ombudsman ta’ l-Universita` ser ikollu uffiċċju. |
| L-Ombudsman ta’ l-Universita` | filwaqt illi jżomm indipendenza w awtonomija sħiħa ser ikollu a dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi amministrattivi u nvestigattivi ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Ombudsman. |
| Dan l-iżvilupp seħħ wara | konsultazzjoni mill-qrib mal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport fid-dawl tal-politika dikjarata tal-gvern li jkun hemm kollaborazzjoni aktar mill-viċin bejn l-Ombudsman Parlamentari w Istituzzjonijiet oħra mwaqqfa b’liġi li għandhom funzjoni speċifika ta’ audit f’materji ta’ amministrazzjoni ta’ natura speċjalizzata. Ser isir kull sforz biex jiġi provdut servizz li jkun faċilment aċċessibbli mill-istudenti, staff u akkademiċi f’dawn l-istituzzjonijiet. Min jagħmel l-ilment għandu qabel xejn jeżawrixxi l-mezzi kollha ta’ rimedju ieħor li għandu permezz ta’ strutturi nterni. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en