PUBBLIKAT ID-DOKUMENT TA’ KONSULTAZZJONI GĦAR-RIFORMA FIS-SERVIZZI TAT-TRASPORT MHUX SKEDAT
PR1641
31/10/2008
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni, l-Onor. Austin Gatt nieda għad-diskussjoni pubblika, t-tielet u l-aħħar dokument ta’ viżjoni għal trasport pubbliku li jaqdi lill-pubbliku f’kuntest ta’ sostenibbilita’ ambjentali. Id-dokument hu dwar is-servizzi tat-trasport mhux skedat. |
| F’konferenza ta’ l-aħbarijiet, il-Ministru | Austin Gatt waqt li fisser kif is-settur tat-trasport imsejjaħ unscheduled huwa wiesgħa; mill-karozzi tal-kiri sal-coaches tat-turisti, dawn jinkludu strutturi ekonomiċi differenti u konflinġenti u parti minn dan is-servizz tmexxa bi protezzjoni qawwija. |
| Hu | żied li din il-politika ma wasslet la għal servizz aħjar u lanqas għal flotot nodfa mill-emissjonijiet. Il-Ministru Gatt tenna li waqt li fl-oqsma fejn hemm il-liberalizzazzjoni bħall-vannijiet il-bojod, il-vetturi self-drive u oħrajn misjuqa minn xufier; il-kwalita’ tal-vetturi marret għall-aħjar u tjieb is-servizz lill-klijent, fl-oqsma magħluqa seħħ bil-kontra bħal fejn jirrigwarda l-vannijiet il-ħomor fejn anki fil-bidu ta’ din is-sena, rajna operat kif jaħdem kartell billi ntalbu prezzijiet ogħla u l-istess ġara għat-trasport lejn l-iskejjel. |
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni rrimarka wkoll il-kwistjonijiet marbuta mal-kwalita’ u l-effiċjenza fis-servizz, is-sigurta’ tal-passiġġieri u l-etika fis-servizz, li dawn kollha jirriżultaw minn taħditiet ma’ diversi partijiet interessati fis-settur. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal li l-iskop tal-Gvern | hu li f’dan is-settur tat-trasport naraw ukoll li ssir qabża fil-kwalita’, u li bħala parti mir-riforma fit-trasport pubbliku għandha twassal biex jonqsu l-vjaġġi bil-karozzi privati. |
| Għaldaqstant il-Gvern qiegħed itenni li bħala | parti mir-riforma li trid issir, hemm bżonn li jittieħdu azzjonijiet ewlenin billi: |
| (1) | jiġu riorganizzati l-liġijiet u l-politika. Dan billi titneħħa d-distinzjoni bejn it-tipi u l-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi. L-unika liċenzja meħtieġa biex wieħed jopera vetturi għat-trasport mhux skedat li jġorr iktar minn tmien passiġġieri, se tkun il-Liċenzja ta’ Operatur ta’ l-UE (skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE kif emendata sussegwentament). |
| (2) | jiġi liberalizzat l-aċċess għas-settur tat-trasport mhux skedat. Dan jiżgura kwalita’ ogħla ta’ servizzi u prezzijiet orħos, permezz tal-kompetizzjoni. |
| (3) | ikun projbit l-operazzjoni ta’ vetturi skedati fis-servizzi tat-trasport mhux skedat. Dan ifisser li x-xarabanks assenjati biex joperaw fis-servizz skedat mhux se jitħallew joperaw fis-swieq mhux skedati. |
| (4) | jidderegola l-operazzjoni tax-xarbanks mikxufa biex jintużaw f’servizzi ta’ trasport speċjalizzati għan-nies tal-post u għat-turisti |
| (5) | jidderegola l-operazzjoni tat-taxis bl-elettriku billi jiġu stabbiliti servizzi madwar Malta u Għawdex. |
| (6) | jiżdied l-użu tal-ferroviji bla binarji f’żoni meqjusa xierqa mil-lat ta’ dħul kif ukoll mill-aspett tat-traffiku. L-ADT se tissokta tirregola dan is-settur bil-ħruġ ta’ sejħiet. |
| (7) | titjib l-assigurazzjoni tal-kwalita b’regolamentazzjoni u linji gwida xierqa. L-ADT se tissaħħaħ biex tkopri l-infurzar tar-regolamenti kollha għall-ivvjaġġar bla periklu tal-passiġġieri bis-servizzi mhux skedati. |
| (8) | jitfasslu linji gwida fuq ir-regolamentazzjoni tal-ġarr tat-tfal tal-iskola għas-sewwieqa u l-operaturi li jixtiequ jaħdmu f’dan is-suq. |
| Il-Ministru Austin Gatt temm billi ddikjara li | r-rispons li kien hemm għall-ewwel żewġ dokumenti ta’ konsultazzjoni li ġew ippubblikati aktar kmieni, tant kien qawwi li qed jinkoraġġih aktar fil-ħidma li qed issir biex titwettaq riforma radikali fit-trasport pubbliku. |
| Għaldaqstant hu stieden ukoll lil dawk kollha | konċernati u l-pubbliku inġenerali biex sa l-aħħar ta’ Novembru jagħtu r-reazzjonijiet, il-kummenti u l-proposti tagħhom, din id-darba fuq is-servizzi tat-trasport mhux skedat. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en