JUM IT-TIFKIRA – IL-ĦADD, 9 TA' NOVEMBRU 2008
PR1639
31/10/2008
| Jum it-Tifkira, li huwa ċċelebrat fil-pajjizi | kollha tal-Commonwealth, f'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali nhar il-Ħadd, 9 ta' Novembru 2008. |
| F'din l-okkażjoni, il-Kapitlu Metropolitan se | jfakkar il-Vittmi tal-Gwerer, b’Quddiesa Konċelebrata fil-Konkatidral ta' San Ġwann, Valletta fid-9.15 ta' filgħodu. Il-Quddiesa se tkun ikkonċelebrata minn Monsinjur Pawl Cremona, Arcisqof ta’ Malta. |
| Qabel il-Quddiesa, f’Misraħ l-Assedju, | il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta. Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati. |
| Wara, fil-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonja | ta' Tifkira ħdejn il-Monument tal- Gwerra, il-Floriana. Matul din iċ-Ċerimonja jitqiegħdu kuruni mal-Monument tal-Gwerra mill-ogħla awtoritajiet Maltin u persuni distinti flimkien ma’ għaqdiet oħra li se jattendu wkoll għall-Quddiesa. |
| Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp | tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion. Din is-sena bħala parti miċ-ċerimonja se jkun hemm flypast minn erba ajruplani militari tar-Royal Air Force. |
| Korpi Kostitwiti u Għaqdiet oħra li jixtiequ | jipparteċipaw fiċ-Ċerimonja ħdejn il-Monument tal-Gwerra billi jqiegħdu kuruni, għandhom javżaw lill-Kumitat Festi Nazzjonali permess ta’ e.mail fuq l-indirizz elettroniku antonmiceli@maltaculture.com sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis, 6 ta’ Novembru 2008. |
| L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy | Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom issir fl-istess perjodu ta’ żmien. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en