INIZJATTIVA ĠDIDA BIEX TGĦIN LILL-EWWEL XERREJJA JIXTRU R-RESIDENZA TAGĦHOM
PR1633
30/10/2008
| Il-Ministru għall-Politika Soċjali, flimkien | maċ-Chairman tal-Awtorità tad-Djar, is-Sur Charles Borg, ħabbru l-ftuħ ta’ inizjattiva ġdida biex tgħin lill-ewwel xerrejja jixtru r-residenza tagħhom. |
| Fid-diskors tiegħu waqt il-konferenza | tal-aħbarijiet, il-Ministru Dalli rrimarka li “Fl-14 ta’ Frar 2007, l-Awtorita’ tad-Djar ħarġet skema biex tgħin lil koppji għarajjes jew familji bit-tfal li jixtiequ jixtru l-ewwel residenza tagħhom mis-settur privat. Din l-iskema kienet suċċess u n-numru ta’ applikanti li kienet qed tiproġetta intlaħaq. |
| L-Awtorita’ wara li analizzat l-andament ta’ | din l-iskema, qiedgħa tniedi skema oħra li għandha l-istess oġġettivi, pero li tkun aktar sostenibbli u li tassikura li jkun hemm integrazzjoni aħjar ma skemi oħra eżistenti u li huma ppjanati. |
| Taħt l-iskema tal-Equity Sharing, l-Awtorita’ | tad-Djar kienet qed tobbliga l-benefiċċjarji li wara għaxar snin jixtru lura l-investiment li tkun għamlet l-Awtorita’ tad-Djar fix-xiri ta’ residenza tagħhom sabiex ikunu s-sidien tal-proprjeta’ tagħhom. |
| Taħt l-iskema l-ġdid l-Awtorità | ser tkun qed tħallas għotja ta’ massimu ta’ 30% tal-pagamenti mensili tas-self li l-applikant ikun ħa minn istituzzjoni finanzjarja. Din l-għotja ser tingħata lill-benefiċjarji għal perjodu ta’ għaxar snin. Wara dan il-perjodu l-Awtorita’ mhux ser titlob lill-benefiċjarji jirrifondu lura l-għotja gawduta. |
| Għalhekk ta’ min jinnota li fejn fl-ewwel skema | l-għajnuna mogħtija mill-Awtorita’ tad-Djar kienet biss self filwaqt li din l-iskema l-ġdida l-għajnuna qed tieħu l-forma ta’ għotja. |
| Fil-kumment tiegħu dwar din l-inizjattiva | l-ġdida li ser tniedi l-Awtorità tad-Djar, is-Sur Borg qal li “din l-inizjattiva hija mmirata sabiex tgħin lill-ewwel xerrejja fix-xiri tar-residenza tagħhom mis-settur privat. Permezz ta’ din l-għotja l-Awtorita’ ser tkun qed tgħin lill-benefiċjaji fil-pagamenti sabiex b’hekk tgħinhom biex ikunu sidien ta’ darhom”. |
| Din l-iskema ser tkun miftuħa għall-applikanti | miżżewġin, koppji għarajjes, ġenitur wieħed, persuni b’diżabilita’, persuna separata jew de facto separata, persuna waħedha kif ukoll persuni li għexu f’xi istituzzjoni jew djar tat-tfal jew kienu fostered. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en