IL-MINISTRU GEORGE PULLICINO JŻUR IX-XOGĦLIJIET FI’TRIQ IT-TORRI F’ TAS-SLIEMA
PR1631
30/10/2008
| Dalgħodu l-Ministru | għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar ix-xogħlijiet li qegħdin isiru bħalissa fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema. |
| L-ewwel fażi ta’ dan | il-proġett kienet tikkonsisti mit-tqegħid mill-ġdid tas-servizzi. Dawn is-servizzi qegħdin issa jgħaddu kollha minn taħt il-bankini biex b’hekk it-traffiku ma jkunx affettwat f’każ ta’ xi tiswijiet fil-futur. Il-Ministru Pullicino qal ix-xogħlijiet mexjin skond il-programm, u issa li t-triq reġgħet infethet għat-traffiku, ingħata bidu għat-tieni fażi fejn diġà beda l-pavimentar ta’ madwar 360m tul ta’ bankini, pavimentar taż-żewġ sqaqien li jmissu ma Triq it-Torri, u twaħħil ta’ bollards mat-truf tal-bankini. |
| Il-Ministru Pullicino | rringrazzja lil kulħadd tal-kollaborazzjoni b’mod speċjali lill-ADT ta’ l-għajnuna tagħhom fl-immaniġġjar tat-traffiku, lill-ħaddiema mit-taqsima tax-xogħlijiet li ħadmu fuq dan il-proġett 7 t’ijiem fil-ġimgħa u dan sabiex jiġi mminimizzat l-inkonvenjent li seta’ jinħoloq sakemm ikun qed isir ix-xogħol, u lis-sidien tal-ħwienet tal-kollaborazzjoni tagħhom, għax huma wkoll emmnu li dan il-proġett huwa importanti u bżonnjuż mhux biss għal-komunità ta’ Tas-Sliema, iżda wkoll għall-Maltin u t-turisti li jiffrekwentaw din iż-żona kummerċjali. |
| Il-Ministru Pullicino ħabbar | li fix-xhur li ġejjin se jinbdew aktar xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbieħ f’tas-Sliema, fosthom it-tkomplija ta’ bankini f’żoni kummerċjali. Il-Ministru Pullicino saħaq li l-pjan tal-Gvern hu li terġa’ tingħata l-ħajja u d-dehra kif jixraq lil Pjazza Sant’Anna, dan sabiex jintrodd lura lill-poplu misraħ bi spazju miftuħ. F’din il-pjazza se jkun hemm wkoll replika ta’ l-istatwa li kien hemm qabel f’din il-pjazza u li llum tinsab fil-pjazza tal-Balluta. Dawn ix-xogħlijiet mistennija li jibdew f’Jannar li ġej. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en