Left arrow Go Back

IL-MINISTRU AUSTIN GATT JINAWGURA L-AKBAR SISTEMA FOTOVOLTAJKA MILL-PRIVAT

PR1624
Date Icon 29/10/2008
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni Austin Gatt qal li li t-tibdil li sar fuq it-tariffi tal-elettriku hu bbażat fuq prinċipju wieħed: li tħallas għal dak li tikkonsma. Għaldqstant, għall-Gvern hu soċjalment aktar ġust, li l-ħlas għaż-żejt li nimportaw isir permezz tal-mekkaniżmu tat-tariffi aktar milli bit-taxxi. B’hekk il-Gvern ikun f’pożizzjoni li jissussidja aktar lil min verament hu fil-bżonn, milli kif kien isir qabel fejn jingħataw sussidji kemm lil min għandu bżonn kif ukoll lil min m’għandux.
Il-Ministru Austin Gatt qal dan meta lluminawgura uffiċjalment investiment mill-kumpanija Titan International li tikkonsisti fl-installazzjoni ta’ sistema ta’ 126 pannella  ta’ 210W kull waħda fuq il-bejt minn fejn topera din il-kumpanija fl-Imsida.
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni stqarr li investiment bħal dan kif qed tagħmel il-kumpanija Titan International hu eżempju biex il-Gvern ikompli jinċentiva u joħroġ b’inizjattivi ħalli kumpaniji privati u djar residenzjali jinvestu f’sorsi alternattivi ta’ l-enerġija.
Il-Ministru Austin Gatt qal li meta wieħed jaral-installazzjoni ta’ sistema bħal din, nirrealizzaw kemm sistema ppjanata li tkopri kwantita ta’ enerġija, bħal f’żoni fejn il-Gvern għandu kontroll bħal skejjel u żoni industrijali, jista’ jkollha qawwa effettiva billi tagħti lura elettriku fil-grid nazzjonali.
Hu qal ukoll li l-fatt li l-KorporazzjoniEnemalta qed tħallas lura bl-istess prezz li hi tbiegħ l-enerġija elettrika lill-konsumatur,  qed jagħmilha aktar attraenti li sistemi alternattivi ta’ enerġija jibdew jintużaw aktar.
Il-Ministru Austin Gatt stqarr ukoll li biexfil-futur ikollna stil ta’ ħajja f’ambjent aħjar irridu nħallsu għal dan, mingħajr ma jiġu esklużi l-investiment u aktar inċentivi li jridu jingħataw.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow