IL-MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI ŻŻUR TMIEN SKEJJEL FIL-KULLEĠĠ SANTA MARGERITA
PR1620
29/10/2008
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, | Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina dalgħodu nediet inizjattiva “Il-Ministru Fostkom” li fiha żaret tmien skejjel li jagħmlu parti mill-Kulleġġ Santa Margerita u ltaqgħet ma’ studenti, għalliema, amministraturi tal-iskejjel u rappreżentanti tal-ġenituri. |
| Fl-iskola Primarja tal-Isla, il-Ministru | attendiet għal-laqgħa li jagħmlu t-tfal fil-bidu tal-ġurnata skolastika tagħhom u wara tkellmet mal-għalliema u ma’ xi ġenituri li kienu preżenti fl-iskola. |
| Minn hemmhekk, akkumpanjata mis-Sur Sandro | Spiteri, Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita, il-Ministru żaret l-iskola primarja ta’ Bormla. Hemmhekk hi ppresidiet l-ewwel laqgħa ta’ Grupp li twaqqaf apposta li għandu jfassal pjan dwar kif jistgħu jingħelbu l-problemi li din l-iskola qed tiffaċċja, partikolarment fid-dawl tar-riżultati miksuba minn studenti tal-iskola. |
| Il-grupp hu mmexxi mill-Prinċipal tal-Kulleġġ u | fih hemm rappreżentati l-amministraturi tal-iskola, l-għalliema, is-Sindku tal-lokal, l-organizazzjonijiet Appoġġ u Sedqa, u d-Direttorat Ġenerali tal-Edukazzjoni. Il-Grupp, sal-aħħar ta’ din is-sena, għandu jippreżenta rapport lill-Ministru dwar passi li għandhom jittieħdu biex is-sitwazzjoni tkun rimedjata. Min-naħa tagħha l-Ministru Cristina wiegħdet l-appoġġ kollu tal-Ministeru f’dak kollu li hemm bżonn li jsir għall-ġid tat-tfal ta’ din il-lokalità u rringrazzjat lil dawk kollha, partikolarment l-għalliema, li huma impenjati f’ħidma ma’ dawn l-isudenti. |
| Il-Ministru żaret l-istudenti fil-klassijiet | tagħhom u saħansitra ħarġet titkellem u tilgħab magħhom fil-grawnd ta’ quddiem l-iskola fil-ħin tal-waqfien mill-iskola. |
| Fl-iskola Primarja Santu Rokku tal-Birgu, | il-Ministru tal-Edukazzjoni ltaqgħet mal-għalliema u t-tfal kemm dawk tal-kindergarten, kif ukoll dawk fid-diversi klassijiet tal-primarja. |
| Waqfa oħra saret fl-iskola Sekondarja | tal-Fortini fejn kienet qed issir laqgħa ta’ rappreżentanti tal-ġenituri mid-diversi skejjel li jaqgħu taħt dan il-Kulleġġ, f’dak li hu msejjah il-“Parent Leaders Forum”. Il-Ministru Cristina faħħret din l-inizjattiva u ħeġġet lill-ġenituri biex jagħtu l-kontribut tagħhom biex l-iskejjel ikompli jimxu ‘l quddiem u appellatilhom biex jieħdu interess fl-edukazzjoni ta’ uliedhom. |
| Fil-Kalkara l-Ministru żaret diversi klassijiet | u tkellmet ma’ tfal u għalliema u mbagħad rat il-post fejn it-tfal żgħar tal-iskola jieħdu r-rikreazzjoni tagħhom liema post għadu kif kien imsebbaħ u attrezzat b’logħob għat-tfal. |
| L-Iskola Sekondarja tal-Bniet Erin Serracino | Inglott ta’ Bormla, kienet waħda mill-iskejjel li żaret il-Ministru Cristina dalgħodu. Hemmhekk hi tkellmet mal-għalliema u l-amministraturi tal-iskola u inkoraġġithom biex jissuktaw fil-ħidma siewja li qed jagħmlu għall-ġid tal-istudenti. |
| L-Iskola Primarja tax-Xgħajra, għalkemm żgħira | fin-nurmu ta’ tfal li jmorru fiha, hi fost l-isbaħ skejjel li hawn f’Malta. Hemmhekk il-Ministru tkellmet ma’ tfal u għalliema kif ukoll ma’ xi ġenituri li kienu qed jistennew lil uliedhom joħorġu mill-iskola. |
| L-aħħar żjara tal-Ministru saret fl-iskola | Primarja ta’ Ħaż-Żabbar li hi skola li tilaqa’ fiha l-akbar kindergarten ta’ Malta billi għandha għaxar klassijiet tal-kindergarten, apparti li hi wkoll waħda mill-akbar skejjel primarji. Din iż-żjara kienet ippjanata li ssir lejn tmiem il-ġurnata tal-iskola biex wara li tiltaqa’ mal-għalliema, il-Ministru tal-Edukazzjoni jkollha wkoll opportunità li tiltaqa’ b’mod informali ma’ ġenituri li jmorru jiġbru ‘l uliedhom mill-iskola. |
| Fil-fatt, fi tmiem iż-żjara fl-iskola, | il-Ministru ħarġet fit-triq u tkellmet b’mod informali ma’ għadd ta’ ġenituri li urew l-apprezzament tagħhom għall-fatt li l-Ministru sabet ħin biex iżżur l-iskola ta’ uliedhom u anke titkellem magħhom. |
| Hu ppjanat li l-Ministru Cristina tkompli b’dawn | iż-żjarat fil-Kulleġġi fix-xhur li ġejjin. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en