Left arrow Go Back

PREŻENZA QAWWIJA MALTIJA F’KONFERENZA DWAR L-ISKEJJEL TAL-LINGWI FI NEW SOUTH WALES

PR1611
Date Icon 29/10/2008
Il-‘Federation of NSWCommunity Languages’ riċentement organizzat konferenza li għaliha kienu mistednin in-nies kollha li huma involuti fit-tagħlim tal-lingwi differenti ġewwa NSW.  Din il-konferenza, li hija l-ewwel waħda li qatt ġiet organizzata f’dan il-qasam, kienet milqugħa ferm tajjeb għax għaliha attendew madwar 200 persuna.  Il-konferenza seħħet nhar is-Sibt 11 t’Ottubru ġewwa l-iskola ‘Epping Boys High School’ ġewwa Sydney.  Il-lingwa Maltija tista’ tgħid li kienet waħda mill-aktar  rapreżżentati fost il-lingwi kollha peress li kien hemm disa’ Maltin fost il-parteċipanti li kollha huma involuti fit-tagħlim tal-Malti fi New South Wales.
Il-parteċipanti ġew milqugħamill-President tal-‘Federation of NSW Community Languages’ Mr Albert Vella, li kif jixhed ukoll il-kunjom tiegħu huwa wkoll ta’ dixxendenza Maltija.  Wara l-konferenza ġiet miftuħa uffiċjalment mill-Ministru tal-Edukazzjoni fi New South Wales. L-Onor. Verity Firth MP tkellmet dwar l-irwol importanti ta’ dawn l-iskejjel kif ukoll l-impenn tal-gvern ta’ New South Wales lejn it-tagħlim tal-lingwi.  Il-Ministru insistiet li t-telfa tal-ilsien ta’ art twelidek ifisser ukoll telfa ta’ parti mill-identità tiegħek.
Il-Mexxej tal-Oppożizzjonifil-Parlament ta’ NSW, is-Sur Barry O’Farrell qabel mal-kliem tal-Ministru Firth dwar l-importanza ta’ dawn l-iskejjel u offra l-appoġġ tal-Oppożizzjoni u tiegħu personali sabiex it-tagħlim tal-lingwi jibqa’ parti importanti mill-Kurrikulum fi New South Wales.
Wara d-diskorsi tal-ftuħ,il-parteċipanti ħadu sehem f’diversi ‘workshops’ li fost oħrajn kienu jinkludu modi kif l-iskejjel jistgħu jibbenefikaw minn għotjiet tal- ‘Community Languages Program’ fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, ideat prattiċi għal tagħlim fil-klassijiet kif ukoll modi kif l-iskejjel jistgħu jtejbu r-relazzjonijiet tagħhom mal-komunità, ma’ skejjel oħra u mal-ġenituri.
Fi ħdan l-isforzi kontinwitagħha sabiex tinkoraġġixxi t-tagħlim tal-Malti u l-preservazzjoni tal-lingwa Maltija fl-Awstralja, il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl-Awstralja ħallset għall-parteċipazzjoni tal-għalliema Maltin f’din il-konferenza. Il-Konslu Ġenerali għal Malta fi NSW, Annamaria Bonnici kienet ukoll preżenti għal din il-konferenza.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow