Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT L-ONOR. CLYDE PULI JILQÀ GĦANDU LILL-PARTEĊIPANTI TAL-LOGĦOB TAL-COMMONWEALTH TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

PR1602
Date Icon 28/10/2008
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ uSport, Clyde Puli laqa’ għandu lill-kontinġent Malti li rrapreżenta lil pajjiżna fil-logħob tal-Commonwealth għaż-żgħażagħ li sar f’Pune, fl-Indja. Huwa ferħilhom personalment għar-riżultati miksuba u ħa l-opportunità jitkellem magħhom dwar l-esperjenza li ħadu.
F’din l-edizzjoni ħadu sehem 71 pajjiż uMalta klassifikat fid-29 post. Is-Segretarju Parlamentari feraħ lil Ryan Bugeja għar-rebħ tal-ewwel midalja qatt mirbuħa minn pajjiżna f’dan il-logħob. Ryan Bugeja kien rebbieħ tal-midalja tal-fidda fl-isparar.
Clyde Puli faħħar ukoll il-prestazzjonitat-tiratur Clive Farrugia li spiċċa fir-4 post fil-klassi skeet u lil Derek Bonanno li klassifika fil-5 post fil-klassi Double Trap kif ukoll lil Charlot Chircop li klassifika fid-9 post fil-klassi 10m Air Rifle.
Fl-atletika l-atleti Maltin irnexxielhomjagħmlu ċerti kisbiet wkoll. Fir-relay tan-nisa, Malta klassifikat fis-7 post. It-tim kien kompost minn Martina Xuereb, Francesca Xuereb, Dorianne Micallef u Maria Sciberras. Fir-relay tal-irġiel, inkiser ir-rekord nazzjonali taż-żgħażagħ b’ħin ta’ 43.77 sekondi. Dan it-tim kien magħmul minn Andrew Cassar Torregiani, Andy Grech, Michael Andrew Fraser u Michael Sullivan.
Fuq livell personali Martina Xuerebklassifikat fit-8 post fil-kategorija 400 metru fost 32 parteċipanta, Francesca Xuereb klassifikat għat-tielet heat fl-400 metru, Dorianne Micallef li pparteċipat fil-200 metru kisbet l-aħjar ħin personali. Fis-sezzjoni tal-irġiel Andrew Cassar Torregiani u Andy Grech ħadu sehem fil-long jump fejn fallew il-finali għal ftit ċentimetri. Michael Sullivan ħa sehem fil-110 metri hurdles u klassifika fil-5 post fil-heats filwaqt li Michael Andrew Fraser wasal sas-semi finali.
Is-Segretarju Parlamentari stqarr li dawnir-riżultati flimkien ma’ ksur ta’ rekords nazzjonali u personali jixhdu l-impenn u t-titjib tal-atleti żgħażagħ tagħna kif ukoll tal-għaqdiet sportivi li minnhom ħarġu l-atleti. Hu faħħar ukoll il-ħidma tal-Kumitat Olimpiku Malti fil-qasam taż-żgħażagħ taħt it-tmexxija tas-Sur Envic Galea.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow