IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI JATTENDI ATTIVITÀ LETTERARJA
PR1597
27/10/2008
| Nhar is-Sibt li għadda | s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said attenda attività letterarja organizzata mill-Bord tas-Serje: ‘Għawdex u l-Għawdxin’, fis-Sala Sant’ Ursola fiċ-Ċittadella f’Għawdex fejn nieda r-rumanz bil-Malti ta’ Kevin A. Xerri bl-isem ta’ ....ikkonfermat: saħħar!. |
| Dan il-ktieb huwa t-tielet pubblikazzjoni | tas-Serje ‘Għawdex u l-Għawdxin’ u l-ewwel pubblikazzjoni tal-awtur Għawdxi Kevin A. Xerri. L-Onor. Chris Said faħħar dan l-ewwel xogħol ta’ Xerri u inkoraġġixxa lill-awtur biex jibqa’ jaħdem sabiex il-pinna tiegħu tkompli tarrikkixxi l-patrimonju ta’ kitba bil-Malti li titratta l-Gżira ta’ Għawdex. Is-Segretarju Parlamentari faħħar proprju l-fatt li Xerri għażel li jambjenta l-istorja tiegħu fil-Gżira Għawdxija. |
| Chris Said feraħ ukoll lill-artist Paul Stellini | li kien il-moħħ wara l-qoxra tal-ktieb. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni esprima s-sodisfazzjon tiegħu għax-xogħol li qed jagħmel il-Bord tas-Serje ‘Għawdex u l-Għawdxin’, sabiex ikompli jsaħħaħ l-identità Għawdxija bil-karatteristiċi uniċi tagħha fl-ambitu tal-kuntest nazzjonali u internazzjonali. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981