KJARIFIKA TAL-GVERN RIGWARD IL-KONSULTAZZJONI DWAR TARIFFI ĠODDA TAL-ELETTRIKU U L-ILMA
PR1596
27/10/2008
| Il-Gvern jirreferi għal rapporti | f’sezzjoni tal-istampa li riedu juru li kien hemm xi differenza f’dak li qalu l-Ministru Austin Gatt u s-Segretarju Parlamentari Chris Said dwar konsultazzjoni dwar tariffi ġodda tal-elettriku u l-ilma. |
| Il-Ministru Austin Gatt, | f’għeluq l-aħħar laqgħa tal-MCESD dwar dan is-suġġett, informa lill-membri tal-MCESD li dik kienet l-aħħar laqgħa tal-MCESD dwar it-tariffi. Dan ma kienx ifisser, kif kien hemm min irraporta, li l-Gvern kien qed jeskludi li organizzazzjonijiet fl-MCESD jagħmlu aktar sottomissjonijiet lill-Gvern jekk hekk riedu jagħmlu. Tant hu hekk matul il-weekend il-Ministru Gatt kellu diversi skambji ma’ rappreżentanti t’għadqiet li qegħdin fl-MCESD. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris | Said qal meta wieġeb mistoqsijiet lill-istampa li dik kienet l-aħħar laqgħa tal-MCESD dwar is-suġġett iżda min xtaq jesprimi l-fehma tiegħu, il-Gvern kien dispost li jismagħha. |
| Ma jinftehimx għalfejn kien hemm | rapporti li kien hemm xi differenza fil-pożizzjonijiet espressi minn Austin Gatt u minn Chris Said. Il-pożizzjoni kif spjegata mit-tnejn hi li l-Gvern iqis tliet laqgħat plenarji tal-MCESD dwar it-tariffi bħala suffiċjenti iżda jekk hemm organizzazzjonijiet li għandhom x’iżidu mal-fehmiet li esprimew, il-Gvern jismagħhom. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981