Left arrow Go Back

LOUIS GALEA JINGĦATA ‘ĠIEĦ L-IMQABBA’ 2008

PR1593
Date Icon 27/10/2008
Il-KunsillLokali tal-Imqabba unanimament qabel li Ġieħ l-Mqabba din is-sena jingħata lil Dr Louis Galea, Speaker tal-Kamra tad-Deputati.
Il-Ġieħġie preżentat mis-Sindku Noel Galea f’serata apposta organizzata fis-sala tal-Iskola Primarja ‘Kulleġġ San Benedittu’, Mqabba, fil-preżenza ta’ diversi Mqabbin li kienu mistiedna għall-okkażjoni. Il-banda tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju esegwiet programm taħt id-direzzjoni tas-Surmast Andrew Calleja.
Fil-messaġġtiegħu, s-Sindku Noel Galea fisser li l-unur prestiġjuż mogħti mill-Gvern Lokali ma jingħatax biex iħallas lil dak li jkun tax-xogħol imprezzabbli li jkun wettaq fil-komunità. “Il-Ġieħ li qed nagħtu huwa rikonoxximent mill-Imqabbin għall-ħidma bla waqfien għall-ġid tal-poplu ta’ persuna ġeneruża kif hu Louis Galea. M’hemmx dubju li l-Onor. Louis Galea għamel ġieħ kbir lir-raħal tagħna.”
Min-naħa tiegħuLouis Galea sostna l-apprezzament tiegħu għall-ġest tal-Kunsill. Huwa qal li għalih il-Ġieħ ifisser ukoll ir-rikonoxximent tal-poplu lejn min jiddedika ruħu għas-servizz tal-ħajja pubblika u fil-volontarjat.
“Erbgħin sena iluaċċettajt u bdejt il-vokazzjoni tal-ħidma politika tiegħi f’dan ir-raħal fejn twelidt, trabbejt u ħdimt għal ġid tal-Imqabbin kollha. Mingħajr l-appoġġ u r-rispett kostanti tan-nies tar-raħal ma kienx ikun possibbli li nagħti l-kontribut tiegħi fl-iżvilupp tas-soċjetà  Maltija tul is-snin li ħdimt fil-politika, kważi għoxrin sena minnhom bħala Ministru tal-Gvern,” qal Louis Galea.
Aktar kmieni dinis-sena Dr Louis Galea ingħata wkoll Ġieħ is-Siġġiewi mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow