Left arrow Go Back

IR-RIFORMA FIS-SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU HI MMIRATA WKOLL BIEX JIŻDIED L-AĊĊESS GĦALL-BELT U TONQOS IL-KONĠESTJONI TAT-TRAFFIKU

PR1591
Date Icon 26/10/2008
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni Austin Gatt qal li l-pjan tal-Gvern hu li wara li tidħol fis-seħħ ir-riforma fis-servizz tat-trasport pubbliku, din tissarraf f’inqas karozzi u f’aktar żoni pedonali fil-Belt f’bilanċ mas-servizzi li jridu jingħataw fil-belt kapitali.
Il-Ministru Austin Gatt li kien qiegħedjindirizza l-ftuħ ta’ seminar bit-tema ‘Valletta 450’, qal li meta jkun hemm dan il-bilanċ, “il-belt” tkun aktar tan-nies, u u frekwentata aktar għal skop ta’ divertiment. Is-seminar hu organizzat mill-Valletta Alive Foundation.
Fl-indirizz, hu fisser il-konfużjoni bħalal-akbar problema għall-Belt. Il-Ministru Gatt semma kif bdew isiru tibdiliet biex tkun indirizzata din il-problema fosthom bl-użu tal-cabs li jaħdmu bl-elettriku u l-estensjoni ta’ żoni ħielsa minn kull traffiku.
Husemma li l-Gvern għandu aktar inizjattivi biex il-belt kapitali ssir aktar aċċessibbli imma mhux billi tikber il-pressjoni tat-traffiku. F’dan ir-rigward hu qal li jridu jkuu introdotti diversi servizzi ta’ trasport li jkunu effiċjenti u moderni.
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni żied li l-policies li daħħal il-Gvern qed jgħinu biex il-Belt tkun aktar aċċessibbli. “L-iskop hu li filwaqt li naħdmu biex ma jkunx hemm konġestjoni tat-traffiku, fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm ukoll titjib fil-ħajja tar-residenti waqt li naraw li tkompli tikber l-attivita kummerċjali.” Hu żied li fl-inizjattivi u fil-proġetti li jsiru, il-komunita tal-Belt trid tkun integrata ħalli jgawdi kulħadd. “Irridu nagħmlu l-aħjar użu mill-ispazju li għandna, filwaqt li nirrispettaw il-wirt kulturali  waqt li tkun iġġenerata akatr attivita ekonomika.”
Fl-istess waqt, il-Ministru Austin Gattirrimarka fuq il-bżonn tal-ħarsien tal-liġi. Hu semma fost oħrajn l-problema ta’ bankini imblukkati bl-ipparkjar ta’ karozzi jew inkella imwejjed aktar milli suppost li minbarra jostakolaw l-aċċess, jagħtu dehra xejn sabiħa.
Il-Ministru Gatt semma li jekk irridu l-Beltbħala “il-belt ta’ l-eċċellenza” sa l-2015, irridu wkoll naħdmu skond ir-realtajiet; li din hi belt kapitali li tinkludi r-residenzi l-aktar fil-periferija, il-bini amministrattiv tal-Gvern u l-attivita’ kummerċjali. F’dan l-isfond appella biex jinstab bilanċ fost l-interessi ta’ dawn it-tliet aspetti.
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni rrefera wkoll għal xogħlijiet ta’ restawr fil-Belt, u filwaqt li rrikonoxxa l-importanza ta’ investiment f’din id-direzzjoni, tenna li għandha tingħata priorita’ lill-utilita’ tal-proġett u li jkun se jagħmel differenza, u mhux li jkun se jappella għall-minoranza biss.
Hutemm billi appella li hekk kif resqin lejn iċ-ċelebrazzjoni tal-450 sena mit-twaqqif tal-Belt, kwalunkwe tibdil li jsir għandu jassigura li jitħarsu l-istil u l-karatterisitika ta’ dan “il-ġojjel storiku”.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow