L-ART MGHODDIJA LIL-GASCO HIJA KOLLHA TAL-GVERN
PR1589
26/10/2008
| Qed issir referenza | ghall-artiklu li deher illum il-Hadd 26 ta’ Ottubru fil-gazzetta TheMalta Independent on Sunday intitolat ‘Constitutional Court case threatens gas privatization plans’ miktub minn David Lindsay. Id-Dipartiment tal-Artijiet, li jaghmel parti mid-Divizjoni Proprjeta’ tal-Gvern (GPD), jinsab f’pozizzjoni li jiddikjara, bhalma ghamel diga is-Segretarju Parlamentari, Dr Jason Azzopardi, responsabbli minn din id-divizjoni, kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech, li l-art kollha li l-Gvern ghadda lill-Kumpanija Enemalta hija zgur proprjeta’ tal-Gvern. Bl-istess mod, il-GPD huwa infurmat li l-art li l-Enemalta ghaddiet lill-GASCO hija ezatt l-istess art hawn fuq imsemmija. Dan igib fix-xejn l-argumenti tal-Onor Dr Hose’ Herrera fil-Parlament, irrappurtati f’dan l-artiklu. |
| Ta min wiehed isemmi | ukoll illi l-Onor Herrera wieghed li ser jghaddi lill-GPD, kopja tas-survey sheet illi tixhed l-allegazzjonijiet tieghu fil-Parlament. Minkejja li l-kummissarju tal-Artijiet l-ghada tad-dibattitu ikkuntattja personalment lill-Onor Herrera biex ifakkru f’dawn l-istess survey sheets, l-Onor Herrera ma ghaddihomx. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981