IT-TIENI LAQGĦA TAL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI – IR-REALTÀ TAL-VJOLENZA DOMESTIKA U L-FAMILJA MALTIJA
PR1565
23/10/2008
“...tinħass il-ħtieġa li s-soċjetà Maltija issib aktar bilanċ bejn il-mara u r-raġel...”
“...dan in-nuqqas ta’ ugwaljanza huwa wieħed mill-kawżi ewlenin li jwasslu għall-vjolenza domestika...”
| “...il-vjolenza domestika hija vjolazzjoni | tad-drittijiet tal-bniedem...” |
| Dawn | huma l-messaġġi ewlenin li l-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jixtiequ jwasslu lis-soċjetà Maltija, wara l-laqgħa li kellhom ma’ esperti fis-suġġett tal-vjolenza domestika. |
| L-esperti mistiedna kienu Dr. Marceline Naudi, | Chairperson tal-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika, Ms. Yvonne Mallia Operations Director, Appoġġ u Ms. MaryAnne Gauci Service Manager, Appoġġ. Huma tkellmu fuq il-bżonn li s-soċjetà Maltija ma tibqax waħda li tiffavorixxi d-dominanza tar-raġel fuq il-mara. Għalkemm mill-aspett legali u politiku saru avvanzi kbar, fis-soċjetà għadu qed jinħass żbilanċ fil-poteri u d-dipendenza ekonomika tal-mara mingħand ir-raġel. Din il-mentalità trid tinbidel, partikolarment fil-familja, għaliex dan in-nuqqas ta’ bilanċ huwa wieħed mill-kawżi ewlenin li jwasslu għall-vjolenza domestika. |
| Ġew | diskussi s-servizzi varji u personali li joffru l-aġenzija Appoġġ fosthom dawk ta’ konsulenza psikoloġika, għajnuna legali, emergency shelters, support groups, u għajnuna għal min iwettaq l-abbuż. Min-naħa l-oħra ssemmew l-effetti trawmatiċi tal-vjolenza domestika fuq il-vittmi, ewlenin fosthom it-tfal, bħal ansjetà, problemi fl-iskola u l-imġiba, nuqqas ta’ konċentrazzjoni, u abbuż minn sustanzi. Dr. Naudi tkellmet fuq l-għan u l-oġġettivi tal-Kumissjoni għall-Vjolenza Domestika u għamlet analiżi tal-avvanzi li saru f’Malta, fosthom l-Att dwar il-Vjolenza Domestika u t-tagħlim lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, ġudizzjarju u l-pulizija. Filwaqt li għamlet aċċenn għal-linji gwida tal-Kunsill tal-Ewropa, hija semmiet kif qed jiġi pjanat proġett ta’ riċerka sabiex issir magħrufa ir-realtà tan-numru ta’ persuni li qed isofru minn vjolenza domestika f’Malta. |
| Fl-2007, in-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza | domestika referuti lill-pulizija u l-Appoġġ kien ta’ 341, kumparat ma’ 127 fl-1998. L-esperti nnutaw li aktar ma tiħrax il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika, permezz ta’ kampanji publiċitarji, aktar qed ikunu dawk in-nisa li jagħmlu kuraġġ u jirrapurtaw lil min jabbuża minnhom. Din qed titfa’ pressjoni fuq is-servizzi eżistenti sabiex jibqgħu joffru servizzi ta’ kwalità, kemm lill-vittmi u lil min jabbuża. |
| Waqt | il-laqgħa setgħet tinħass il-preokkupazzjoni tal-Membri Parlamentari tal-Kumitat, partikolarment mal-fatt li qed ikun hemm xi dewmien fil-Qrati Maltin sabiex jisimgħu każijiet relatati mal-vjolenza domestika. Il-liġi tistipula li dawn iridu jinstemgħu fi żmien erbat ijiem. Ġie nnutat ukoll nuqqas ta’ riżorsi tal-pulizija sabiex ikun hemm il-protezzjoni neċessarja tal-vittmi u x-xhieda, u użu aħjar tal-protection orders. Il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika tirrikjedi koperazzjoni u azzjoni koordinata mis-servizzi pubbliċi kollha u s-soċjetà inġenerali. Il-vjolenza domestika hija vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u allura tirrikjedi responsabilità mingħand kulħadd. |
| Il-laqgħa tmexxiet | mill-Onor. Edwin Vassallo MP Chairperson tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u kienu preżenti l-Onor. Frederick Azzopardi MP, l-Onor. Justyne Caruana MP, l-Onor. Michael Farruġia MP, u l-Onor. Anthony Zammit MP. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981