Left arrow Go Back

LAQGĦA BEJN IL-PRIM MINISTRU MALTI U L-PRESIDENT TAĊ-ĊINA

PR1562
Date Icon 23/10/2008
It-tisħiħ tar-relazzjonijietkummerċjali bejn Malta u ċ-Ċina ġew diskussi waqt laqgħa li saret illum bejn il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-President taċ-Ċina Hu Jintao.
Il-laqgħa saretfiċ-Ċina qabel il-Prim Ministru Malti jipparteċipa fil-laqgħa tal-ASEM.
Waqt il-laqgħabejn il-Prim Ministru u l-President taċ-Ċina ġew diskussi diversi oqsma kif iż-żewġ gvernijiet jistgħu jikkoperaw aktar bejniethom.  F’din il-laqgħa ġiet diskussa l-ħtieġa li jiġi aġġornat il-ftehim dwar it-tassazzjoni doppja li jeżisti bejn iż-żewġ pajjiżi u l-bżonn li jsiru ftehimiet oħra biex ikun jista’ jiġi inċentivat aktar l-investiment.
Fil-laqgħa saretdiskussjoni dwar kif tista’ tissaħħaħ il-kolaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fit-turiżmu, il-kummerċ, l-investiment, fl-edukazzjoni, fl-iskambji kulturali u fil-qasam tar-riċerka.  Dawn huma oqsma li huma parti mill-viżjoni tal-Gvern għal Malta sas-sena 2015.
Il-Presidenttaċ-Ċina r-rikonoxxa r-relazzjonijiet b’saħħithom li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi u li kompliet tikkonsolida wara s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

…/pr1562.mp3

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow