Left arrow Go Back

Il-President ta’ malta jibda Żjara uffiĊjali f’Ħad Dingli

PR1554
Date Icon 22/10/2008
Il-President ta’ Malta, l-E.T. Dr. Eddie FenechAdami beda l-ewwel jum taż-żjara uffiċjali f’Ħad Dingli bi żjara fl-iskola Primarja Ġużè Ebejer.  Il-President Fenech Adami ra t-taħriġ akkademiku li jingħataw l-istudenti u dak li jinkoraġġixxi l-iżvilupp tat-talenti u l-kreattivita’ ta’ kull tifel u tifla.  Studenti ckejknin staqsew lill-President diversi mistoqsijiet dwar qabel u meta sar Kap ta’ l-istat.
Fil-Kulleġġ ta’ San DomenicoSavio, l-President ta’ Malta żar l-Art Room, il-Laboratorju tal-Bioloġija u l-Laboratorju tal-Kompjuter, kif ukoll il-Multi-purpose Hall fejn l-istudenti jkunu jistgħu jsegwu attivitajiet sportivi.
Il-President qal li fiżjarat bħal dawn jirrealizza kemm il-livell tal-edukazzjoni qiegħed dejjem jogħla.  Filwaqt li rringrazzja lill-għalliema għad-dedikazzjoni li biha jgħallmu lill-istudenti, huwa faħħar l-impenn tal-Patrijiet Salesjani li jgħallmu lill-istudenti  b’enfasi fuq il-valuri u tisħiħ tal-identita’ li tagħmilna Maltin.  Bħal ma qalulu l-istudenti ż-żgħar f’kanzunetta tagħhom: Malta sabiħa, sabiħa għax għandha valuri li ntirtu, u bihom hi ffurmata l-identita’ Maltija li jħaddnu l-Maltin u l-Għawdxin.  Biss dawn il-valuri Maltin għandna nibżgħu għalihom u nirbħu l-perikli permezz tat-taħrig li ningħataw fl-iskejjel tagħna.
Iż-żjara f’Ħad-Dinglitkompli llejla meta l-President Fenech Adami jiltaqa’ ma’ l-għaqdiet volontarji reliġjużi, politiċi, sportivi, kulturali u oħrajn.
Nhar il-Ħadd 26 ta’ Ottubru,il-President  u s-Sinjura Fenech Adami se jattendu għall-quddiesa fil-Knisja parrokkjali ta’ Ħad-Dingli fid-9.30 ta’ filgħodu u wara jiltaqgħu mar-residenti.  Is-Sinjura Fenech Adami se żżur anzjani u xi familji fl-istess lokalita’.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow