Open Day biex JITFAKKAR il-Jum Ewropew tal-Ġustizzja Ċivili
PR1542
21/10/2008
| Il-Qrati tal-Ġustizzja fil-Belt Valletta ser | ikunu miftuħa għall-pubbliku in generali nhar il-Ħadd li ġej biex jitfakkar il-Jum Ewropew tal-Ġustizzja Ċivili għall-ewwel darba f’Malta. Fl-2003 il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ l-Ewropa niedew il-Jum Ewropew tal-Ġustizzja Ċivili bil-għan li, fil-25 t’Ottubru ta’ kull sena, iċ-ċittadin Ewropew ikun konxju mill-ġustizzja ċivili. |
| Dan il-jum huwa opportunita’ għall-pubbliku biex | jiffamiljarizza ruħu mas-sistema tal-ġustizzja ċivili u li għandha tgħin biex tali ġustizzja ssir aktar aċċessibbli għalihom. L-iskop tal-Kummissjoni u tal-Kunsill wara t-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-Ġustizzja Ċivili kien li tiġi stabbilita okkażjoni simbolika, ġurnata fejn fiha jiġi rikonoxxut illi l-ġustizzja hija, primarjament, għas-servizz taċ-ċittadini sabiex tassistihom jirriżolvu l-kwistjonijiet privati tagħhom u li jasserixxu d-drittijiet tagħhom. |
| Il-liġi Ċivili hija parti mill-ħajja ta’ kuljum | għac-ċittadini Ewropej – fil-postijiet tax-xogħol, meta jiżżewġu, ikollhom it-tfal jew meta jmorru jixtru oġġetti jew servizzi fi ħdan suq ħieles. Pero’ l-pubbliku ftit jaf dwar id-drittijiet tiegħu wisq anqas dwar kif il-ġustizzja ċivili taħdem. Dan il-Jum Ewropew twaqqaf sabiex jelenka l-importanza tal-ġustizzja ċivili u sabiex iħeġġeġ aktar informazzjoni organizzata u kampanja pubbliċitarja sabiex il-parteċipanti jifhmu aħjar kif taħdem is-sistema ġudizzjarja. Huwa ttamat li dan il-Jum jgħin ukoll sabiex titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini Ewropej dwar ir-rwol dejjem akbar fil-qasam tal-ġustizzja. |
| Sabiex jiġi ċċelebrat dan il-Jum, id-Diviżjoni | tal-Qrati tal-Ġustizzja f’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern se torganizza Open Day nhar il-Ħadd 26 t’Ottubru 2008 bejn id-9.30am u n-12.30pm. Din l-attivita’ tibda’ biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fid-9.30am fil-foyer tal-Qorti, bid-dħul minn Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta. Wara l-pubbliku jittieħed f’diversi awli fejn isiru s-seduti tal-Qorti fosthom fl-awla tal-Qorti ta’ l-Appell u l-Qorti Kostituzzjonali kif ukoll fl-awla Kriminali. Se jkun hemm ukoll preżentazzjoni bil-power point li telenka l-funzjonijiet u l-proċeduri użati fid-diversi Qrati u Tribunali, liema preżentazzjoni se ssir f’awla numru 22 fl-10.30am u l-11.30am. Il-pubbliku huwa mistieden sabiex jattendi. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981