Left arrow Go Back

JINGĦATA L-PREMJU ANZJAN TAS-SENA 2008

pr1527
Date Icon 17/10/2008
Is-serata ta’premjazzjoni ta’ L-Anzjan tas-Sena 2008 saret, Il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru fit-teatru tar-Residenza San Vinċenz De Paul, taħt il-patruċinju tal-President ta’ Malta, l-E.T. Il-President ta’ Malta Edward Fenech Adami.
Minn fost is-37nomminazzjoni li erba’ minnhom kienu koppji, il-Bord għażel lis-Sur Paul Muscat Terribile.
Fis-Sur Muscat Terribile il-ġurija rat bniedemli baqa’ attiv fuq skala nazzjonali wara li laħaq l-eta’ tal-pensjoni. Huwa xempju ċar ta’ kif l-anzjan jista’ jagħti kontribut lill-pajjiż u figura li tista’ sservi ta’ eżempju għal dawk kollha li jilħqu l-eta’ tal-pensjoni. Bil-karattru u bl-attività tiegħu, żgur li hu ta’ ispirazzjoni għall-anzjani oħra. Bil-kontribut tiegħu, is-Sur Micallef Terribile għen sabiex l-anzjani jkollhom ħajja aħjar fil-komunità’.
  • Is-Sur Micallef Terribile għamel kors post graduate tal-Ġerontoloġija u Ġerjatrija b’suċċess.
  • Huwa Life Member tas-Soċjeta’ tal-Iskrivani tal-Kamra tal-Commonwealth
  • Kien Kunsillier tal-ewwel Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan
  • Kien għal xi żmien koordinatur tal-Universita’ tat-Tielet Eta’
  • Kien lecturer tal-Pre Retirement Courses organizzat mill-Universita ta’ Malta għall-entitajiet bħal Malta Drydocks, Enemalta u Water Services Corporation.
  • Ħadem għal ħafna snin bħala marriage counsellor mal-Moviment ta’ Kana
  • Jagħti lectures volontarji f’diversi Parroċċi dwar problemi li jolqtu lill-anzjani fis-soċjeta’ tal-llum
  • Jagħti sehem ukoll fis-settur tal-Media bħal ma huma r-radio u t-TV u artikli f’gazzetti.

Il-Bord ta’ Għażla kien iffurmat minn:

Chairperson:Brother Martin Borg
Membri:Dame Lilian Miceli Farrugia
Mr LinoMizzi
Mr NenuAquilina
Ms CatherineDalmas
Segretarja:Ms Isabelle Farrugia
Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-PolitikaSoċjali, L-Onor. John Dalli qal li importanti li l-anzjani jkunu nklużi fil-parteċipazzjoni biex tinħoloq soċjeta’ aħjar, b’solidarjeta bejn il-ġenerazzjonijiet. Semma il-fatt li n-numru ta’ anzjani fil-popolazzjoni Maltija qed jiżdiedu għaldaqshekk il-Ministru għall-Politika Soċjali qed jindirizza l-bżonnijiet tal-anzjani  billi jittieħdu diversi mużuri bex jiżgura dan. Il-Ministeru għall-Politika Soċjali flimkien mas-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ qed iniedi courses għall-carers, qed jitkompla b’ritmu mgħaġġel il-blokk ġdid ta’ Papa Gwanni Pawlu II f’San Vinċenz fejn fost l-oħrajn se jkun hemm swali apposta għal min ibati bil-kundizzjoni tad-dimenzja.
Il-Ministru kkonkluda li l-anzjani għandhomħafna x’joffru u n-nominazzjonijiet tal-lejla huma testimonju ta’ dan.
L-Onor. Mario Galea f’kelmtejn li għamel waqtl-okkażjoni feraħ lil 41 persuna li ġew innominati għal dan il-premju.  Hu qal li l-anzjani nnominati huma ilkoll rebbieħa għax jirrapreżentaw l-eluf ta’ anzjani hemm barra li huma tabilħaqq ir-ruħ tas-Socjeta’ Maltija.
L-Onor. Galea irringrazzja lilanzjani kollha għall-valuri sodi li wrietna mingħandhom u li għandhom jiddistingwuwna  bħala poplu sal-lum.  Hu irringrazzja wkoll lil anzjani għall-pajjiz mibni fuq sisien sodi li ħallewna w ikkonkluda “Ghandna dejn kbir lejkom l-anzjani.  Għax ix-xogħol tagħkom tal-bieraħ, is-sagriffiċju u t-tbattija li battejtu sawru pajjiżna kif nafuh illum. Ta’ dan kollu Grazzi, Grazzi Hafna”, temm jgħid Mario Galea.  Fil-bidu tad-diskors tiegħu Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea sellem lit-tabib Karl Chircop u sejjaħlu bħala ħabib u kollega li kien maħbub minn ħafna nies b’mod speċjali minn ħafna anzjani.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow