Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jirreferi għall-Istqarrija ppubblikata llum mid-Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliemi Ewlieni Laburista għax-Xogħol u d-Drittijiet tal-Ħaddiema. Id-diskors użat mid-Deputat Mexxej Laburista juri biċ-ċar li l-Partit Laburista huwa maqtugħ mir-realtajiet ta’ madwarna bi kriżi finanzjarja li wasslet numru kbir ta’ pajjiżi madwar id-dinja, kif ukoll l-Unjoni Ewropea, li jirrevedu l-prospetti ta’ tkabbir ekonomiku tagħhom ‘l isfel. Fir-rigward tat-Trelleborg, minn informazzjoni li għandu l-Gvern, it-tariffi tad-dawl u l-ilma m’għandhom x’jaqsmu xejn mad-deċiżjoni meħuda mill-kumpanija li taqleb għall-4 day week, għall-kuntrarju ta’ dak li ta x’jifhem l-Onor. Farrugia. Din hija kwistjoni purament operattiva li tirriżulta mis-sitwazzjoni globali. Il-prodotti tal-kumpanija huma għas-suq tal-karozzi li huwa naturalment wieħed milli jintlaqat bl-aktar mod dirett fi klima ekonomika negattiva. Minħabba din is-sitwazzjoni, l-ordnijiet li waslu għand din il-kumpanija naqqsu, u għaldaqstant irrikkoriet għad-deċiżjonijiet li fil-fatt ħadet. Il-ħolqien ta’ aktar xogħol u xogħol aħjar huwa wieħed mit-tliet pilastri ewlenin tal-ħidma tal-Gvern, u li ħalliet l-aktar frott f’dawn l-aħħar snin u xhur. Fl-aħħar sena nħolqu kważi 3,000 impjieg full-time, bis-settur privat illum ikompli jservi ta’ mutur fil-ħolqien ta’ aktar xogħol, biex b’hekk ir-rata ta’ qgħad issa niżlet għall-aktar livell baxx fl-aħħar 13-il sena. Dan ir-riżultat kien frott taħlita ta’ investiment barrani, kif ukoll mill-investiment tal-imprenditur lokali. Miċ-ċifri provduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-aħħar sentejn pajjiżna ra l-ftuħ ta’ kważi 7,000 negozju żgħir jew medju ġdid. Il-Ministeru jirreferi għall-Statistika ppubblikata x-xahar li għadda mill-aġenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat. Din turi li Malta kellha l-akbar żieda ta’ impjiegi fit-tieni kwart ta’ din is-sena mill-Unjoni Ewropea kollha, filwaqt li rreġistrat l-akbar tnaqqis ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. Tajjeb jitfakkar li ħafna mix-xogħol il-ġdid qed jinħoloq f’oqsma li qed jiġġeneraw pagi ogħla, it-teknoloġija tal-informatika, it-tiswija tal-ajruplani, il-gaming u oħrajn. Din it-tabella tagħti indikazzjoni taż-żieda fl-impjiegi fi 12-il xahar.
| Mejju 2008 | Mejju 2007 | Differenza | Persuni jaħdmu bi qligħ | 144,016 | 141,183 | + 2,833 | Self-employed | 16,937 | 16,736 | + 201 | Settur privat | 101,895 | 98,617 | + 3,278 | Total part-time | 47,587 | 45,214 | +2,373 |
Tnaqqis fil-qgħad fi 12-il xahar Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jirreferi għall-Istqarrija ppubblikata llum mid-Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliemi Ewlieni Laburista għax-Xogħol u d-Drittijiet tal-Ħaddiema. Id-diskors użat mid-Deputat Mexxej Laburista juri biċ-ċar li l-Partit Laburista huwa maqtugħ mir-realtajiet ta’ madwarna bi kriżi finanzjarja li wasslet numru kbir ta’ pajjiżi madwar id-dinja, kif ukoll l-Unjoni Ewropea, li jirrevedu l-prospetti ta’ tkabbir ekonomiku tagħhom ‘l isfel. Fir-rigward tat-Trelleborg, minn informazzjoni li għandu l-Gvern, it-tariffi tad-dawl u l-ilma m’għandhom x’jaqsmu xejn mad-deċiżjoni meħuda mill-kumpanija li taqleb għall-4 day week, għall-kuntrarju ta’ dak li ta x’jifhem l-Onor. Farrugia. Din hija kwistjoni purament operattiva li tirriżulta mis-sitwazzjoni globali. Il-prodotti tal-kumpanija huma għas-suq tal-karozzi li huwa naturalment wieħed milli jintlaqat bl-aktar mod dirett fi klima ekonomika negattiva. Minħabba din is-sitwazzjoni, l-ordnijiet li waslu għand din il-kumpanija naqqsu, u għaldaqstant irrikkoriet għad-deċiżjonijiet li fil-fatt ħadet. Il-ħolqien ta’ aktar xogħol u xogħol aħjar huwa wieħed mit-tliet pilastri ewlenin tal-ħidma tal-Gvern, u li ħalliet l-aktar frott f’dawn l-aħħar snin u xhur. Fl-aħħar sena nħolqu kważi 3,000 impjieg full-time, bis-settur privat illum ikompli jservi ta’ mutur fil-ħolqien ta’ aktar xogħol, biex b’hekk ir-rata ta’ qgħad issa niżlet għall-aktar livell baxx fl-aħħar 13-il sena. Dan ir-riżultat kien frott taħlita ta’ investiment barrani, kif ukoll mill-investiment tal-imprenditur lokali. Miċ-ċifri provduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-aħħar sentejn pajjiżna ra l-ftuħ ta’ kważi 7,000 negozju żgħir jew medju ġdid. Il-Ministeru jirreferi għall-Statistika ppubblikata x-xahar li għadda mill-aġenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat. Din turi li Malta kellha l-akbar żieda ta’ impjiegi fit-tieni kwart ta’ din is-sena mill-Unjoni Ewropea kollha, filwaqt li rreġistrat l-akbar tnaqqis ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. Tajjeb jitfakkar li ħafna mix-xogħol il-ġdid qed jinħoloq f’oqsma li qed jiġġeneraw pagi ogħla, it-teknoloġija tal-informatika, it-tiswija tal-ajruplani, il-gaming u oħrajn. Din it-tabella tagħti indikazzjoni taż-żieda fl-impjiegi fi 12-il xahar.
| Mejju 2008 | Mejju 2007 | Differenza | Persuni jaħdmu bi qligħ | 144,016 | 141,183 | + 2,833 | Self-employed | 16,937 | 16,736 | + 201 | Settur privat | 101,895 | 98,617 | + 3,278 | Total part-time | 47,587 | 45,214 | +2,373 |
| Il-Gvern ħoloq ambjent ekonomiku biex jiżdied | l-investiment lejn pajjiżna; u għaliex il-Gvern investa f’infrastruttura b’saħħitha, bħal fit-toroq, l-enerġija u t-teknoloġija tal-informatika. Seħħ għaliex il-Gvern investa bil-qawwi fl-edukazzjoni u t-taħriġ biex jipprovdi lill-industrija b’ħaddiema kwalifikati u mħarrġa li kapaċi jadattaw għal bżonnijiet tal-lum. Seħħ ukoll għaliex il-Gvern irnexxilu jinnegozja u jikkonvinċi lil kumpaniji kbar barranin jagħżlu lil Malta. L-investiment ġie f’pajjiżna wkoll għaliex illum pajjiżna huwa ankrat fis-suq kbir u miftuħ tal-Unjoni Ewropea u ż-żona ewro. | | Il-Gvern huwa konxji mis-sitwazzjoni attwali u | l-impatt li l-kriżi finanzjarja kif ukoll dik fis-settur tal-enerġija qed tħalli fuq in-negojzu. U għalhekk l-impenn tal-Gvern biex jitkattar ix-xogħol qiegħed jiżdied u aktar kumpaniji qed jagħżlu li jinvestu f’Malta u jżidu l-ħaddiema magħhom. Għalhekk, ikun aktar għaqli li l-pajjiż jiġbed ħabel wieħed biex dan is-suċċess insostnuh minflok nużaw sitwazzjoni delikata għal skopijiet partiġġjani li ma jħallu ebda frott, kif għażel li jagħmel id-Deputat Mexxej Laburista l-Onor. Anġlu Farrugia llum bl-istqarrija li ħareġ. |
| | |
|