IL-POPLU JAPPREZZA L-POLITIKA BĦALA SERVIZZ FL-INTERESS TAL-POPLU
pr1520
17/10/2008
| “Fil-ġrajja tat-telfa ta’ Karl Chircop, il-poplu | Malti wera li jaf japprezza l-valur tal-politiku li jgħix il-politika bħala servizz fl-interess tal-poplu.” Hekk stqarr l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Dr. Louis Galea, meta dalgħodu żar iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Hamrun, biex jiffirma l-Ktieb tal-Kondoljanzi miftuħ mill-Partit Laburista b’turija ta’ solidarjetà ghat-telfa tad-Deputat Laburista t-Tabib Karl Chircop. |
| L-iSpeaker għamel din iż-żjara flimkien | mad-Deputat Speaker l-Onor. Carmelo Abela, il-Kap tal-Kamra tar-Rapprezentanti, l-Ministru Tonio Borg, il-Whips taż-żewġ Gruppi Parlamentari, L-Onor. David Agius u l-Onor. Joe Mizzi, diversi Ministri, Membri Parlamentari u l-Aġent Skrivan tal-Kamra, s-Sinjorina Pauline Abela. |
| Flimkien ma’ l-iSpeaker u d-Deputat Speaker | iffirmaw il-Ktieb ta’ Kondoljanzi l-Membri Parlamentari preżenti li mal-wasla tagħhom, kienu milqugħa mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, is-Sur Jason Micallef. |
| F’kelmtejn li għamel, l-iSpeaker Louis Galea qal | li mill-mument li Karl Chircop daħal f’koma, il-messaġġi u t-turija ta’ solidarjetà ma waqfux. Dr. Galea qal li ma jistax ma jiġix innotat li s-sentimenti ta’ xokk, dieqa, tama u issa niket, qed ikunu espressi minn kull saff tas-socjetà. Hafna messaġġi ġew mid-diversi awtoritajiet. Iżda bil-bosta aktar messaġġi ġew miċ-ċittadini komuni li rrikonoxxew il-kwalitajiet u l-valuri li ħaddan it-tabib Karl Chircop fil-ħajja tiegħu familjari, fil-professjoni u fil-politika. |
| “Messaġġ li laqatni f’dak kollu li nkiteb u | ntqal hu li l-poplu jaf jagħraf u japprezza l-valur tal-politiku meta dan iqis il-politika bħala servizz fl-interess tal-poplu. F’Karl Chircop il-poplu ra mhux biss xempju ta’ politiku ħabrieki, leali, onest u integru, imma ra wkoll il-valur tal-politika bħala servizz mill-aktar nobbli. Fl-apprezzament ta’ Karl Chircop il-poplu qed juri wkoll fiduċja, rispett u rikonoxximent f’kull wieħed u waħda miċ-ċittadini Maltin li fil-qadi ta’ dmirijiet pubbliċi, bħal Karl, inwettqu vokazzjoni u missjoni ta’ servizz fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, speċjalment taż-żgħir u ta’ min hu l-aktar fil-bżonn. Bħala Speaker tal-Parlament Malti rrid nafferma li, fil-Parlament u barra, għandna ħafna politiċi, u ta’ fehmiet politiċi differenti, li jwettqu l-politika bħala vokazzjoni u b’mod disinteressat għall-ġid tal-pajjiż. Hu għalhekk li nemmen li l-akbar mafkar lil Karl Chircop irridu nagħtuhulu aħna lkoll billi nkomplu ngħożżu u nħaddmu l-kwalitajiet u l-valuri li ħallilna bħala wirt mill-ħajja tiegħu,” qal Dr. Galea. |
| L-iSpeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti Louis | Galea temm jgħid li l-vojt li ħalla Karl Chircop, speċjalment għall-martu, uliedu u l-familja, ma jista’ jimlieh ħadd. “Iżda dawn għandhom jisiltu faraġ u kuraġġ mill-eżempju sabiħ u l-ġid li hu ħalla anke għall-poplu tagħna, rikonoxxuta fit-turija ta’ solidarjetà nazzjonali.” |
| Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, | is-Sur Jason Micallef, fisser l-apprezzament għall-ġest li għamlu l-Membri Parlamentari. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981