Left arrow Go Back

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni ŻŻur il-BirguFest

pr1517
Date Icon 17/10/2008
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Sport uŻgħażagħ, Dolores Cristina dal-għodu żaret il-Birgu fejn bħalissa qed tkun organizzata il-BirguFest, festa ta’ tliet ijiem b’tiżwieqa ta’ folklore, storja, edukazzjoni, kultura u spirtu ċiviku.
Fil-festa ta’ din is-sena inġiebet minn barral-akbar borma fid-dinja li fiha se jissajjar ir-ross li l-pubbliku ikun jista’ jixtri u d-dħul kollu minn din l-attivita’ jmur għad-Dar tal-Providenza.
Dalgħodu eluf ta’ tfal minn diversi skejjelmadwar Malta ittieħdu l-Birgu fejn hemmhekk huma żaru esibizzjonijiet u mużewijiet, knejjes u postijiet oħra ta’ interess. Huwa ttieħdu wkoll jaraw wirja ta’ xenetti dwar l-istorja ta’ din il-belt, li saru f’diversi toroq tal-Birgu u assistew għal diskussjoni ta’ tagħrif filwaqt li kellhom ċans jaraw l-apparat li jużaw fix-xogħol tagħhom il-pumpieri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Matul din iż-żjara l-Ministru Cristina kienetakkumpanjata mis-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall u kelmet diversi studenti li kienu qed jassistu għal fażijiet diversi ta’ din il-festa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow