PREZZIJIET TAL-ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN
pr1515
17/10/2008
| B’referenza għall-Press Release ta’ nhar | it-Tnejn 13 ta’ Ottubru 2008, dwar ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock li jidhru hawn taħt, huwa kif ġej:- |
| (i) | 5.10% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2014 (III) – Fungibility Issue bi prezz ta’ €101.50 b’YTM ta’ 4.79%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 4.85%, |
| (ii) | 5.00% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2021 (I) – Fungibility Issue bi prezz ta’ €99.50 b’YTM ta’ 5.05%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 5.12%. |
| L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn 20 ta’ | Ottubru 2008 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-‘Accountant General’ : |
| (i) | fil-5.00pm l-Erbgħa 22 ta’ Ottubru 2008 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, |
| (ii) nofsinhar | il-Gimgħa 24 ta’ Ottubru 2008 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara immedjatament l-ħin ta’ l-għeluq ta’ l-offerti b’irkant. |
| Formoli ta’ l-applikazzjoni jinkisbu minn, u | jiġi ddepożitati għand, il-Membri tal-Borża ta’ Malta u Provedituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. |
Aktar tagħrif dwar l-‘istocks’ jinsab fil-prospetti rispettivi tagħhom kif ukoll fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt).
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981