DEĊIŻJONI MILL-UFFIĊĊJU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA SSAĦĦAĦ IL-VIŻJONI TAL-GVERN GĦAR-RIFORMA FIT-TRASPORT PUBBLIKU
pr1513
16/10/2008
| Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust dwar liċenzji u reġistrazzjoni ta’ xarabanks mikxufa. Din id-deċiżjoni tikkonferma li m’hux xogħol l-Awtorità dwar it-Trasport (ADT) li tipprova tifga jew timmanipula s-swieq tat-trasport pubbliku u li s-swieq għandhom ikunu miftuħa għall-impriżi li jridu jinvestu fiha. |
| Dan hu l-prinċipju li jrid idaħħal il-Gvern | fis-setturi kollha tat-trasport pubbliku u jneħħi r-restrizzjonijiet li jeżistu s’issa f’dan is-suq (bħal fit-taxis, coaches, minivans, eċċ) biex jilliberalizza din l-attività ekonomika. Din hi t-tieni deċiżjoni f’dan is-sens ta’ din il-Kummissjoni li kienet diġà ddeċidiet li restrizzjonijiet fis-suq tal-karozzi tal-mejtin kienu nġusti u llegali. Hu ċar li dan il-prinċipju jgħodd għas-setturi kollha tat-trasport. |
| Dawn iż-żewġ deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju | għall-Kompetizzjoni Ġusta jikkonfermaw li llum ma fadalx skop ieħor għajr li titwettaq politika ta’ suq miftuħ fis-setturi kollha tat-trasport pubbliku kif qiegħed jipproponi l-Gvern. |
| Il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust fis-sentenza | tagħha kkonfermat li bi sħubija fl-UE kemm il-Gvern u kemm l-awtorita’ mqabbda mill-Gvern m’għandux ikollhom ir-rwol ta’ aġġudikatur dwar min jista’ u min ma jistax, u meta jista’ jopera f’suq kummerċjali. Ir-rwol ta’ l-ADT għandu jkun biss dak ta’ regulatur jew li tiżgura li d-drittijiet tal-konsumaturi jkunu qed jiġu mħarsa u sodisfatti. |
| F’suq magħluq u restrittiv kienu biss | l-għanijiet ta’ l-operaturi li kienu qegħdin jiġu mħarsa mir-regulatur. Il-politika restrittiva tiżvantaġġja lill-konsumaturi minħabba li tillimita l-għażla bejn il-fornituri f’dan is-settur u allura ma tħallix lill-konsumatur igawdi mill-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni. |
| Għal darb’oħra, il-Ministeru jikkonferma li jqis | bħala prinċipju li l-liberalizzazzjoni għandha tkun ir-regola u l-kontroll għandu jkun l-eċċezzjoni meta hu ċar li suq miftuħ ifalli u jkun ta’ żvantaġġ għall-konsumaturi. |
| Il-politika tal-liberalizzazzjoni ġabet tkattir | ekonomiku kemm qabel u wara li Malta ssieħbet fl-UE. Min-naħa l-oħra, il-protezzjoni u l-kontroll ħoloq swieq ikkontrollati mill-ftit, għamel ħsara lill-kwalità u żied l-ispiża għall-Gvern u għall-pubbliku mingħajr wisq benefiċċju. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981