EBDA DIFFIKULTÀ LI SSIR INKJESTA F’DAK LI ĠARA FIL-MITTS
pr1512
16/10/2008
| Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Joe Muscat | illum jesprimi sfiduċja kategorika fil-Pulizija. Minkejja l-investigazzjoni tal-Pulizija fl-allegata estrazzjoni ta’ passwords mis-servers tal-MITTS, li għada għaddejja, Joe Muscat illum jgħid li minflok lill-Pulizija jrid lil xi ħadd ieħor jistħarreġ dak li seħħ fil-MITTS. Dan wara li esponenti ta’ l-Oppożizzjoni stess bi kliemhom u billi użaw mezzi differenti tal-istampa, wettqu kampanja intenzjonata li tfixkel l-istħarriġ tal-Pulizija. |
| Izda, preżumibilment wara li xi ħadd spjegalu | d-differenza, Joe Muscat illum irtira t-talba li għamel darbtejn fil-Parlament biex issir “inkjesta maġisterjali”. Minflok issa neħħa l-kelma “maġisterjali” u qed jitkellem fuq inkjesta skond il-liġijiet ta’ Malta. |
| Il-Gvern ma jqis li hemm ebda raġuni għalfejn | dak li ġara fil-MITTS ma jkunx investigat minn xi ħadd ieħor. Iżda l-Gvern iqis ukoll li l-awtonomija sħiħa tal-Pulizija li tistħarreġ kull reat u tħarrek lil min jidhrilha li hu xieraq li tħarrek, hi bażi biżżejjed biex ikunu stabbiliti l-fatti. |
| Hu għalhekk li l-Gvern ser jistenna l-eżitu ta’ | l-investigazzjonijiet tal-Pulizija qabel jara hux il-każ li juża l-Liġi dwar l-Inkjesti. Il-Gvern m’huwiex lest illi sabiex jissodisfa lill-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel inkjesta dwar il-miżuri tas-sigurtà li huma minn natura tagħhom kunfidenzjali u wara l-Oppożizzjoni tippretendi li jiġi ppubblikat kollox. Din hi attitudni ta’ popolista u m’hux ta’ politiku. |
| Kien proprju minħabba din il-kunfidenzjalità li | l-Ministru offra lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li ssirlu preżentazzjoni dettaljata tal-miżuri ta’ sigurtà fil-MITTS, offerta li l-Kap tal-Oppożizzjoni jidher li ma jridx jilqa’. |
| Din iċ-ċaħda kienet konferma oħra li l-Kap ta’ | l-Oppożizzjoni mhux interessat fil-verità iżda interessat biss li jżomm ħajja storja fittizja ta’ allegat abbuż fl-emails ta’ Deputati Laburisti li issa, bl-ammissjoni fl-istampa llum tal-Membru Parlamentari Alfred Sant, jirriżulta li kienet qlajja. |
| Fil-fatt, minkejja li l-MaltaToday irrapurtat | lil Sant jgħid li fl-2007 għamel rapport dwar hacking ta’ l-emails tiegħu – aħbar miċħuda kategorikament minn dan il-Ministeru u kategorizzata bħala “a pack of lies” – issa, Alfred Sant qed jgħid li qatt ma qal dan! Almenu hekk irrapportatu t-Times, li forsi rrapportatu ħażin ukoll!! |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981