KJARIFIKA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX WARA L-ISTQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MLP DWAR IT-TURIŻMU F’GĦAWDEX
pr1508
16/10/2008
| B’referenza għall-istqarrija | tal-kelliema ewlenija tal-Partit Laburista dwar it-Turiżmu f’Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jikkjarifika dan li ġej. |
| Dak li l-Onor. Coleiro Preca | qiegħda tgħid, fil-fatt jirrifletti li l-ħidma li saret matul dawn l-aħħar snin bdiet tagħti l-frott, u t-turiżmu f’Għawdex beda jiġi estiż fix-xhur li qabel kienu anqas popolari. L-għan ewlieni ta’ skemi u inizjattivi oħra fosthom il-Gozo Attractions Incentive Scheme, l-iskemi tal-kumpanija Gozo Channel b’kollaborazzjoni ma’ stabbilimenti turistiċi Għawdxin kif ukoll il-pubblikazzjoni Let’s Gozo, kollha kienu indirizzati speċifikament biex jattiraw turisti mis-suq domestiku lejn Għawdex fix-xhur anqas popolari ta’ matul is-sena. Dan biex jiġu megħluba diffikultajiet partikolari li jħabbat wiċċu miegħu s-settur turistiku Għawdxi, b’mod partikolari l-istaġjonalità. Din kienet qed tirriżulta f’influss qawwi ta’ Maltin u barranin fix-xhur tas-Sajf filwaqt li l-figuri fl-akkomodazzjoni u f’dawk il-persuni li jżuru Għawdex kien jonqos drastikament fix-xhur l-oħra ta’ matul is-sena. |
| Il-Ministeru għal Għawdex | ħadem bi sħiħ flimkien mas-settur turistiku Għawdxi biex illum ġie stabbilit li Għawdex huwa destinazzjoni turistika distinta u għandu jiġi reklamat bħala tali matul is-sena kollha. Kif spjegat tajjeb it-tweġiba maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, in-numru ta’ passiġġieri u vetturi żdied konsiderevolment. Biżżejjed wieħed isemmi li l-vapuri tal-Gozo Channel ġarrew kważi 160,000 passiġġier u 40,000 vettura aktar fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. Dan jagħmel bil-wisq tajjeb għan-nuqqas li rreferiet għalih l-Onor Coleiro Preca. Dan huwa wkoll xhieda tal-argument li allura ż-żieda kienet mqassma fuq ix-xhur li qabel kienu jkunu aktar kwieti fosthom Frar, Marzu, Mejju u Ġunju. |
| Kif intqal ukoll fit-tweġiba | tas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena ġiet irreġistra żieda ta’ ftit aktar minn tlieta fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra fil-figuri ta’ turisti barranin u Maltin li qattgħu ljieli f’Għawdex. Ta’ min jgħid pero’ li wieħed irid jikkunsidra din iż-żieda anke fil-kuntest ta’ żieda akbar li kienet irreġistrata fis-sena 2007 fejn il-qasam turistiku Għawdxi ra żieda globali ta’ 15.5 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Meta wieħed iqabbel il-figuri fl-ewwel seba’ xhur tas-sena jsib li bejn l-2006 u l-2008 hemm żieda ta’ 22 fil-mija fit-turisti barranin u Maltin li żaru lil Għawdex. Dawn issarfu f’żieda ta’ aktar minn 25,000 jew 20 fil-mija, fin-numru ta’ ljieli li dawn qattgħu fi stabilimenti ta’ akkomodazzjoni f’Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981