Left arrow Go Back

IL-MINISTRU AUSTIN GATT JITLOB LILL-PULIZIJA TINVESTIGA SUSPETT TA’ FRODI FIĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-PONT MANWEL DIMECH

pr1507
Date Icon 16/10/2008
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni, l-Onor. Austin Gatt għadda lill-Pulizija rapport li rċieva mingħand iċ-Chairman tad-Dipartiment responsabbli mit-toroq fl-Awtorità dwar it-Trasport li juri li komunikazzjoni bejn il-kuntrattur u l-inġinier, li l-kuntrattur iqabbad biex jiċċertifikalu x-xogħol,  juri li l-inġinier kien qed jibdel ir-riżultati ta’ xi testijiet fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu.
L-Awtorità dwar it-Trasport ivverifikat lit-testijiet li dwarhom jidher li seta’ kien hemm xi forma ta’ frodi m’għandhom ebda implikazzjoni fuq is-saħħa jew l-istabbilità tal-pont. Jidher iżda li r-riżultati jistgħu iżidu l-infieq fil-manteniment tal-pont biex jibqa’ jiffunzjona għall-ħajja li stmat li jgħix ta’ 85 sena. Ma jirriżulta li hemm ebda periklu għall-pont jew għal min jużah.
Dokumentazzjoni li ngħatat lill-Awtorità dwarit-Trasport mill-kuntrattur stess, tissuġġerixxi li meta saru testijiet fuq it-tensjoni ta’ l-azzar fit-travi tal-pont, l-inġinier li jiċċertifika, bl-ammissjoni tiegħu stess, bidel ir-riżultat u għamel ta’ bir-ruħu li għamel it-test fi żmien il-vaganzi ta’ l-Għid, biex jevita li l-Awtorità tinduna b’dak li kien qed jagħmel.
F’komunikazzjoni elettronika bejn l-inġinier lijiċċertifika u l-kuntrattur, tal-ewwel jgħid li ntalab jagħmel testijiet fuq l-azzar fit-travi biex jikkonferma t-tensjoni fuqhom sa 105%. Jgħid imbagħad li “kif miftiehem fuq it-telefon, ser jagħmel ta’ bir-ruħu li għamel dan it-test waqt il-festi ta’ l-Għid (meta l-uffiċjal li qed jirrappreżenta lill-Awtorità ma jkunx fuq is-sit) u jibdel ftit iċ-ċifri”. Din hi traduzzjoni mill-iskambju elettroniku oriġinali li sar bit-Taljan u li qed jiġi ppubblikat ma’ din l-istqarrija.
Dan id-dokument ingħata mill-kuntrattur lill-ADTil-ġimgħa li għaddiet mad-dokumenti l-oħra li kienu meħtieġa mill-ADT biex ittemm il-verifika taċ-ċertifikazzjoni tax-xogħol.
Minnufih li l-Ministru Austin Gatt kien infurmatb’dan, qabel mal-parir taċ-Chairman tad-dipartiment responsabbli mit-toroq u għadda din l-informazzjoni lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jistħarreġ il-każ. Il-Ministru Gatt ordna wkoll lill-ADT tinforma lid-Direttur tal-Kuntratti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow