L-EWWEL LAQGĦA TAL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI: L-EFFETTI TAL-MEDIA FUQ IL-FAMILJA
pr1506
16/10/2008
| “...f’pajjiżna tinħass il-ħtieġa | għal aktar edukazzjoni fl-użu tal-media milli ċ-ċensura...” |
| “...il-bżonn ta’ aktar riċerka | lokali fuq l-effetti tal-media fuq il-familji Maltin...” |
| “...tiġi stabilita l-politika | nazzjonali tal-familja li tindika l-valuri universali tal-familja li jwasslu għal edukazzjoni effettiva fl-użu tal-media u kif din tiġi interpretata...” |
| “...jinħass il-bżonn ta’ aktar | investiment minn stazzjonijiet tat-televiżjoni lokali favur programmi ta’ kwalità, speċjalment ma dak li għandu x’jaqsam programmi tat-tfal u l-valuri tal-familja...” |
| Dawn huma l-konklużjonijiet li ħarġu mill-ewwel | laqgħa tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Malti u l-preokkupazzjoni tal-Kumitat fuq l-effetti varji li l-media jista’ jkollha fuq il-familja. |
| L-esperti mistiedna li ddiskutew dan is-suġġett | kienu Rev. Joe Borg, Fr. Dr. Charles Tabone o.p, s-Sur Albert Debono, bil-kollaborazzjoni ta’ Dr. Mary Anne Lauri. L-esperti saħqu li l-influwenza tal-media fuq il-familja tiddependi minn diversi fatturi, fosthom kemm il-familja tiddedika ħin u riżorsi lejn il-media, l-kredibiltà li din tingħata, u l-livell ta’ edukazzjoni. Intqal li forom differenti ta’ media fid-dar, pereżempju tliet settijiet tat-televiżjoni fi tlett ikmamar differenti, hija użanza ħażina li mhux qed tħalli l-familja tiltaqa’ flimkien. Il-komunikazzjoni personali bejn il-membri tal-familja huwa l-aħjar mezz ta’ komunikazzjoni u fl-ebda ħin m’għandu jitħalla li l-media tkun il-mezz ta’ komunikazzjoni prinċipali fil-familja. |
| Ġie nnutat ukoll li permezz tat-tfassil | tal-politika nazzjonali tal-familja u l-parametri li joħorġu minnha, fosthom il-valuri universali tal-familja, għandu jgħin għall-għarfien aħjar ta’ kif il-familja tinterpreta u tifred il-messaġġi tajbin minn dawk ħżiena tal-media. Fost dawn il-messaġġi ħżiena nsibu l-konsum esaġerat u l-perċezzjoni li l-bniedem ikun aktar stmat skont x’għandu. |
| Filwaqt li ġie rikonoxxut in-nuqqas ta’ riċerka | lokali f’dan il-qasam, l-esperti spjegaw l-istrateġija favur l-edukazzjoni tal-media u IT literacy. Malta qed tgawdi żvilupp fl-oqsma u l-aċċess għat-teknoloġija tal-informatika u l-media, u għalhekk tinħass aktar il-ħtieġa ta’ edukazzjoni fl-aħjar użu tal-media kemm fl-iskola u qalb il-familja nnifisha. B’hekk is-soċjetà Maltija tkun qed tieħu l-aħjar li tista’ mill-mezzi tal-media u tiddefendi lilha nnifisha mill-qawwa tal-messaġġi li l-media kapaċi twassal. Matul il-laqgħa ġie diskuss ukoll il-ħtieġa ta’ bilanċ bejn l-interess soċjali u dak kummerċjali tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali u l-bżonn ta’ programmi li jwasslu l-valuri tal-familja. |
| Il-laqgħa tmexxiet mill-Onor. Edwin Vassallo MP | Chairperson tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u kienu preżenti l-Onor. Frederick Azzopardi MP, l-Onor. Justyne Caruana MP, l-Onor. Michael Farruġia MP, l-Onor. Stephen Spiteri MP u l-Onor. Anthony Zammit MP. Waqt il-laqgħa setgħet tinħass il-preokkupazzjoni li kellhom il-Membri Parlamentari tal-Kumitat, fejn wasslu l-messaġġ ta’ ħafna ġenituri li huma inkwetati bl-effetti b’saħħithom tal-media fuq it-tfal u kif din tista’ tillimita l-komunikazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal. |
Laqgħa oħra pubblika tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, u li titratta l-familja, ser issir nhar l-Erbgħa fis-7.15pm bit-tema l-Effetti tal-Vjolenza Domestika fuq il-Familja (aktar dettalji fuq www.parliament.gov.mt).
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981