Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET FIL-MINISTERU TAL-FINANZI L-ONOR. JASON AZZOPARDI JGĦADDI MEDDA ART LILL-FONDAZZJONI GENISTA GĦAL SKOPIJIET TA’ AFFORESTAZZJONI

pr1503
Date Icon 16/10/2008
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministerutal-Finanzi, Jason Azzopardi llum iffirma l-ftehim ta’ encroachment li permezz tiegħu għadda medda art lill-Fondazzjoni Genista għal skopijiet ta’ afforestazzjoni.  Waqt il-konferenza stampa huwa qal illi dan huwa xhieda ta’ Gvern li jrid li l-art pubblika tkun dejjem iżjed tal-pubbliku, biex minnha jgawdi iktar il-pubbliku.  Huwa qal illi din hija l-politika tal-Gvern li l-art pubblika għandha titgawda minn faxex dejjem iktar wiegħsa tas-soċjetà.
Dr Azzopardi żied jgħid illi dan il-proġett mhuxbiss jagħmel użu ferm aħjar minn art illi sa issa ma kinetx tintuża fil-potenzjal kollu tagħha, iżda huwa ta’ ġid għall-komunità tal-Kalkara.  Is-Segretarju Parlamentari faħħar il-ħidma tal-Fondazzjoni Genista, u qal illi okkażjonijiet bħal dawn juru kemm dawn in-nies lesti li jissagrifikaw ħin prezzjuż biex jidħlu għal inizjattivi bħal din, għall-ġid tal-komunità.  Huwa saħaq li b’wiċċu minn quddiem, jgħaddi din il-medda art lil entitajiet bħal Ginesta u Organizzazzjonijiet Non-Governattivi oħra.
Din kienet biss l-aħħar minn sensiela ta’inizjattivi simili fejn is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, qed jgħaddi proprjetà pubblika, biex minnha jsir użu aħjar li jisfrutta l-potenzjal kollu tagħha.  Iktar kmieni din is-sena għaddew għand għaqdiet u kunsilli lokali, it-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn, kif ukoll it-Tourist Information Office fiċ-ċentru tal-Mellieħa.
Il-proġett tal-Wied tar-Rinella huwa maħsub biexjikkonsolida u jerġa’ jqajjem it-tradizzjonijiet marbuta mal-biedja Maltija.  Dan il-proġett jaħseb għal min huwa mħajjar jitgħallem is-snajja relatati, kif ukoll joffri opportunitajiet fin-niċċa tal-eko-turiżmu. Hekk it-turisti li jżuruna jkunu jistgħu jesperjenzaw il-biedja ħajja.  Il-proġett huwa maħsub ukoll biex jikkonserva l-ambjent ta’ wied tipiku fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Il-mira ta’ dan il-proġett huwa li jnaqqas kemmjista’ jkun l-impatt uman fuq l-abitat naturali ta’ dan il-wied.  Permezz ta’ dan il-proġett, il-Fondazzjoni Genista mhux ser tmiss il-bilanċ naturali tas-sit, anzi ser twaqqaf it-telf ta’ bijodiversità.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow