AVVIŻ GĦAS-SIDIEN TA’ RISTORANTI U STABBILIMENTI F’PACEVILLE
pr1502
16/10/2008
| Nhar l-Erbgħa filgħaxija, uffiċjali | mid-Diviżjoni tal-Propjetà tal-Gvern (GPD) taw ittra lill-istabbilimenti u ristoranti f’Paceville li kellhom imwejjed u siġġijiet quddiem il-proprjetà tagħhom u li ma kienux konformi mal-permessi maħruga lilhom. |
| L-ittra titlobhom jiġu konformi mal-permessi li | għandhom u b’hekk jirtiraw kull għamara żejda li jista’ jkollhom fuq il-bankina ta’ quddiemhom fi żmien 48 siegħa. Jekk dan ma jseħħx, jittieħdu azzjonijiet ta’ infurzar fil-konfront tal-istess sidien. |
| Paceville huwa l-aħħar lokalità li żaret il-GPD | f’kampanja ta’ infurzar kontra l-abbuż ta’ art pubblika. Nhar it-Tlieta ingħataw ittri ta’ avviż lil sidien ta’ stabbilimenti fil-Belt Valletta, fil-waqt li azzjonijiet ta’ infurzar seħħew f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex fl-aħħar ġimgħat. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981