Left arrow Go Back

IL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IT-TISĦIĦ TAL-PARLAMENT SER ISSIR GĦADA L-ĠIMGĦA, 17 TA’ OTTUBRU 2008, FIT-3.00 PM

pr1501
Date Icon 16/10/2008
Minħabba li nhar is-Sibt liġej, ser isir il-funeral ta’ l-Onor. Dr. Karl Chircop, il-laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika li l-Kumitat Magħzul kien ser jagħmel nhar is-Sibt filgħodu  issa ser issir għada l-Ġimgħa, 17 ta’ Ottubru, 2008, bejn it-3.00 u s-6.00 pm, fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt Valletta. Il-Membri Parlamentari u kull min wera interess li jieħu sehem fid-diskussjoni fuq dan is-suġġett diġà ġie informat bl-email jew bil-posta.
L-iSpeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti,Dr. Louis Galea qal li fl-ewwel parti tal-ħidma tiegħu, il-Kumitat Magħżul qed jiffoka fuq it-tisħiħ tal-ħidma u tal-kwalità tal-istituzzjoni tal-Parlament, qasam li ngħata importanza mir-Riżoluzzjoni mgħoddija unanimament meta twaqqaf il-Kumitat. “Il-Kumitat Magħzul iqis li l-Parlament huwa fl-aħħar mill-aħħar l-aktar istituzzjoni politika u kostituzzjonali rilevanti għaliex tiġbor fiha rappreżentanza sħiħa tal-poplu Malti u Għawdxi.  Fil-mumenti l-aktar storiċi u delikati tal-iżvilupp politiku, soċjali, kulturali u ekonomiku nsibu li l-Parlament u l-Membri tiegħu kienu kruċjali biex il-poplu jiġi gwidat fit-trapass li l-pajjiż ħtieġlu jagħmel minn bidla għall-oħra tal-iżvilupp.”
Il-Kumitat Magħzul diġà sema’ diversi exSpeakers u l-President Emeritus Dott Ugo Mifsud Bonnici. Fost id-diversi punti li tqanqlu fil-laqgħa li saret bejn il-Kumitat u dawn il-personalitajiet kien hemm dawk li jirrigwardaw l-awtonomija tal-Parlament, reviżjoni tal-Ordnijiet Permanenti, riżorsi aħjar, opportunitajiet aktar effettivi biex il-Membri Parlamentari jwettqu l-funzjoni legiżlattiva u dik ta’ skrutinju tal-Gvern, imġieba politika korretta, opportunità aħjar biex l-Oppożizzjoni tqanqal materji għal diskussjoni fil-Parlament, u ċentru ta’ dokumentazzjoni għal riċerka aħjar mill-Membri u l-uffiċjali tal-Parlament.

Tagħrif dettaljat dwar il-ħidma tal-Kumitat Magħżul jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku www.parliament.gov.mt. Kull min jixtieq jikkomunika mal-Kumitat jista’ jikteb lil Mr Speaker b’ittra jew b’email fuq selectcommittee@gov.mt.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow