Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport jindirizza attività li fiha tfakkar il-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila
pr1495
15/10/2008
| “Malta huwa pajjiż li Dun | Karm kien iħobb b’imħabba bla qies u l-kitbiet tiegħu huma xhieda ta’ dan kollu. Dun Karm ta ġieħ lill-patrijotti Maltin u fl-istess ħin, apprezza n-natura u l-ambjent Malti. Il-poeżiji ta’ Dun Karm iħeġġuna nkunu kburin b’pajjiżna.” Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt li ndirizza attività li fiha tfakkar il-Poeta Nazzjonali Malti. |
| Għal din l-okkażjoni attendew | ukoll studenti mill-iskola Primarja Antonio Galea tal-Floriana, mill-Iskola Primarja Sant’Iermu tal-Belt Valletta, l-iskola Sekondarja Ġuże’ Galea ta’ Ħal Qormi, l-iskola Dun Karm Psaila ta’ Ħaż Żebbuġ, l-iskola Santa Eliżabetta ta’ tas-Sliema u s-Seminarju ta’ l-Arċisqof. Preżenti kien hemm ukoll is-Sindku tal-Floriana, Nigel Holland, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, Davinia Galea u c-Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali Nazju Abela. |
| L-istudenti qraw sensiela ta’ poeżiji li kiteb | l-istess poeta nazzjonali biex wara tqegħdu fjuri mal-monument li jinsab fi Triq Sant’ Anna, il-Floriana. Fl-aħħar ta’ din l-attività tkanta l-Innu Malti, li l-versi tiegħu inkitbu minn Dun Karm Psaila. |
| Dun Karm Psaila, twieled nhar | it-18 ta’ Ottubru, 1871 u miet nhar it-13 ta’ Ottubru, 1961. Hu studja s-seminarju u ta’ 23 sena sar qassis. Fost ix-xogħlijiet letterarji li ħallielna Dun Karm hemm: “L-Għanja tar-Rebħa”, “Lil Malta”, “Għal Dun Mikiel Xerri”, “Lil Mikiel Anton Vassalli”, “Wied Qirda” u “L-Innu Malti”. “Il-Jien u Lilhinn Minnu” hi meqjusa minn bosta bħala l-aqwa biċċa xogħol letterarja ta’ Dun Karm. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981