Left arrow Go Back

KARNIVAL TA’ MALTA 2009 - ĦRUĠ TA' KONKORSI

pr1202
Date Icon 28/08/2008

Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti jħabbar li l-Karnival 2009 se jiġi ċċelebrat bejn l-20 u l-24 ta’ Frar, 2009

Għall-edizzjoni ta’ dan il-Karnival qed jiġu mnedija dawn il-konkorsi kompetittivi :-

Konkors Nru 1 Karrijiet Trijonfali -Kategorija "A"

L-Ewwel Premju €2,620

It-Tieni Premju €2,390

It-Tielet Premju €2,155

Konkors Nru 2 Karrijiet Trijonfali -Kategorija "B"

L-Ewwel Premju €2,320

It-Tieni Premju € 2,085

It-Tielet Premju € 1,795

Konkors Nru 3 Karrijiet Trijonfali - Sezzjoni “Ċ”

L-Ewwel Premju €1,840

It-Tieni Premju €1,680

It-Tielet Premju €1,490

Konkors Nru 4 Maskri Grotteski

L-Ewwel Premju €1,190

It-Tieni Premju €1,130

It-Tielet Premju € 1,070

Konkors Nru 5 Kumpanija bil-kostum (tfal) fuq karru dekorat. - Kateġorija "C"

Il-kumpanija tkun ta’ mhux anqas minn tmintax (18)-il tifel u/jew tifla u ta’ mhux aktar minn 32 tifel u/jew tifla ta’ eta’ minn 13-il sena ‘l isfel fl-19 ta’ Frar, 2009.

KOSTUM

L-Ewwel Premju €1,505

It-Tieni Premju €1,330

It-Tielet Premju €1,210

KARRU

L-Ewwel Premju €1,715

It-Tieni Premju €1,590

It-Tielet Premju €1,455

ŻIFNA

L-Ewwel Premju €840

It-Tieni Premju €605

It-Tielet Premju €585

Konkors Nru 6 - Kumpanija Sezzjoni B.

Kull kumpanija jrid ikun fiha mhux anqas minn disa’ (9) koppji (rġiel u nisa) u mhux aktar minn erbgħin (40) ruħ. L-eta' taż-żeffiena trid tkun minn 13-il sena 'l fuq.

KOSTUM

L-Ewwel Premju €1,910

It-Tieni Premju €1,560

It-Tielet Premju €1,385

ŻIFNA

L-Ewwel Premju €965

It-Tieni Premju €850

It-Tielet Premju €755

Konkors Nru 7 Kumpanija Koppji bil-Kostum fuq Karru Dekorat - Kategorija A

Il-kumpanija jrid ikun fiha mhux anqas minn 12-il koppja (rġiel u nisa) u mhux aktar minn erbgħin (40) ruħ.

KOSTUM

L-Ewwel Premju €2,320

It-Tieni Premju €2,085

It-Tielet Premju €1,850

KARRU

L-Ewwel Premju €2,180

It-Tieni Premju € 1,945

It-Tielet Premju €1,715

ŻIFNA

L-Ewwel Premju €1,085

It-Tieni Premju €965

It-Tielet Premju €850

SUSSIDJI OHRA

Il-Karrijiet Trijonfali Sezzjoni A , B u C u Karrijiet tal-Kumapija Sezzjoni “A” u “Ċ”

€175 lil kull parteċipant biex jipprovdi tractor meħtieġ.

€210 għal dak il-parteċipant li jipprovdi trailer meħtieġ.

Jinghata servizz limitat ta’ crane u cherry picker f’St. Iermu filwaqt li parteċipanti bil-karrijiet mhux armati f’St. Iermu jingħataw sa mhux aktar minn €115 sussidju għal kiri ta’ inġenji bżonnjuzi fl-armar u ż-zarmar tal-karru fejn il-każ ikun meħtieġ u ġustifikat. Dan isir bi ftehim bil-miktub minn qabel ma’ l-Uffiċċju.

Maskaruni

€235 lil kull parteċipant biex ikopri parti mill-ispiża tar-reffiegħa.

€45 lil kull parteċipant biex ikopri parti mill-ispiża tal-ġarr tal-maskaruni għal u lura mill-isfilata u l-ħażna tagħhom.

Kumpanija

Tingħata għajnuna finanzjarja skond il-ħtieġa ghal dawk li jikru swali għall-provi taż-żfin. Tali ghajnuna ma teċċediex is-somma ta’ €175 u ssir skond il-każ. Tal-kumpanija Sezzjoni B jinghataw €175 jekk il-kumpanija tipparteċipa b’karella waqt id-defile’.

TAGHRIF ĠENERALI

L-applikanti li jiġu aċċetati biex jieħdu sehem f’dawn il-korkorsi jieħdu 50% tat-tielet premju tal-konkors partikolari qabel il-karnival u 10%  ta’ l-istess premju wara l-parteċipazzjoni ta’ l-entratura (item) fil-Karnival (jekk il-livell mistenni jkun intlaħaq). Dan il-ħlas bil-quddiem jiġi mnaqqas mill-premju fil-każ tar-rebbieħa.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, 230 “ Casa Gaspe”, Triq ir-Repubblika, Valletta bejn nhar il-Erbgha 3 ta’ Settembru u t-Tlieta d-9 ta’ Settembru, 2008 f’nofs in-nhar. Ma’ l-applikazzjoni jintalab depożitu ta’ €45 għal kull applikazzjoni. Id-depozitu ta’ €45 jingħata lura mal-premju wara l-Karnival imma ma jingħatax lura f’każ meta jirtira l-applikant mill-konkors jew l-item in kwistjoni tigi skwalifikata.

Barra minnhekk il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti jħabbar li min din is-sena minflok kompetizzjoni għal partecipazzjoni bil-banda se jkun hemm sejħa għal espressjoni ta’ interess ta’ parteċipazzjoni ta’ baned addatati għall-Karnival. Ghal dan il-ghan se jiġu aċċettati biex jieħdu sehem b’mod kummissjonat sa mhux aktar minn tlett baned.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €12-il miljun f’lukanda oħra ta’ lussu

PR261975

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri jinħatar Viċi President tas-CPMR għall-Affarijiet Marittimi

PR261974

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru għal Għawdex Clint Camil...

More Press Releases Right arrow