RAPPORT DWAR IL-ĦRUĠ TA’ EMISSJONIJIET MILL-KAROZZI TAL-LINJA
pr1200
28/08/2008
| Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Transport | u Komunikazzjoni jinnota li l-Awtorità Maltija dwar l-Istandards ikkonfermat li, b’xi tibdil żgħir, it-testijiet li tagħmel l-Awtorità dwar it-Trasport dwar il-ħruġ ta’ emissjonijiet mill-karozzi tal-linja huma korretti. Issa kif kien miftiehem bejn l-Awtorità u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku, il-pariri ta’ l-Awtorità dwar l-Istandards ser jiġu implimentati biex tkun infurzata l-konformità mar-regoli dwar id-dħaħen tal-karozzi tal-linja. |
| Kopja ta’ dan ir-rapport | intbagħtet kemm lill-Awtorità dwar it-Trasport kif ukoll lill-Assoċjazzjoni dwar it-Trasport Pubbliku. |
| Dan ir-rapport tħejja bi qbil wara laqgħa li | kienet saret fid-19 ta’ Mejju, 2008 bejn il-Ministru Austin Gatt responsabbli mit-trasport u Victor Spiteri, il-President ta’ l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. |
| Ir-rapport imħejji | mill-Awtorità Maltija dwar l-Istandards jikkonferma li t-testijiet għall-ħruġ ta’ emissjonijiet mill-karozzi tal-linja, li jsiru mill-Awtorità dwar it-Trasport, huma korretti u jużaw metodoloġija tajba biex jassiguraw li l-karozzi tal-linja kollha jkunu f’kundizzjoni tajba għas-sewqan, joffru sigurtà lis-sewwieqa u lill-passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku u li jilħqu l-kriterji nazzjonali u Ewropej marbuta mal-ħruġ ta’ l-emissjonijiet. |
| Fir-rapport tagħha, l-Awtorità | Maltija dwar l-Istandards innutat li l-Awtorità dwar it-Trasport iżda kienet qed tkun ġeneruża wisq fit-testijiet tagħha meta kienet qed tapplika t-test anqas riġidu li tippermetti l-liġi Ewropea fuq magni li nbnew qabel l-1979, billi tuża dan it-test fuq magni aktar ġodda wżati f’karozzi aktar qodma. |
| Għaldaqstant karozzi tal-linja b’magna | manifatturata wara l-1979 (irrispettivament minn kemm hi antika l-karozza li fiha qed tintuża l-magna) minn issa se jibda jsirilhom it-test aktar riġidu li japplika għall-magni l-ġodda. |
| L-Awtorità dwar l-Istandards | irrakkomandat ukoll li kull karozza tal-linja jkollha rev counter jaħdem biex tissolva l-problema li jkun hemm bżonn xi ħadd li m’hux is-sewwieq jikkontrolla l-vettura waqt li jkun qed isirilha t-test. |
| L-Awtorità dwar it-Trasport trid tintroduċi | wkoll tip ta’ siġill biex ma jkunx hemm tbagħbis fil-magna qabel jew wara t-testijiet. |
| Dan ir-rapport fost l-oħrajn | jirrakkomanda wkoll li: |
| (1) | L-Awtorità dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku jniedu sessjonijiet ta’ informazzjoni biex jiżdied l-għarfien fost is-sewwieqa dwar l-effetti ħżiena ta’ l-emissjonijiet; |
| (2) | il-manutenzjoni tal-karozzi tal-linja li ssir kull sena għandha ssir minn terzi persuni kwalifikati; |
| (3) | Stazzjonijiet tal-VRT għandhom ikunu koperti b’xi forma ta’ akkreditazzjoni fl-ispezzjoni kif jiġri fi stati membri oħra ta l-UE. |
| Il-Ministeru | jirringrazzja lill-Awtorità Maltija dwar l-Istandards għall-istudju tagħha li qed jiġi ppubblikat ma’ din l-istqarrijja. |
Other Press Releases:
PR261975
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261974