Left arrow Go Back

Ftuħ uffiċjali ta’ The Bern Hersey’s Health, Beauty & Fitness Centre  F’Għajnsielem

pr1191
Date Icon 25/08/2008
Il-bieraħ infetaħuffiċjalment The Bern Hersey’s Health, Beauty & Fitness Centre - ċentru ta’ saħħa u sbuħija ġdid f’Għajnsielem, li joffri servizzi ta’ gym li hu attrezzat b’makkinarju ta’ kwalità għolja, kif ukoll diversi servizzi ta’ sbuħija.
Dan iċ-Ċentru ta’ Saħħa uSbuħija li huwa allokat fil-bini tal-każin tal-futbol, fil-Pjazza Madonna ta’ Loretu f’Għajnsielem, hu msemmi għall-mibki Patri Bernard Hersey, li lura fl-1936 waqqaf il-klabb tal-futbol f’din il-lokalità u kien ukoll il-group leader ta’ l-Iscouts f’Għawdex.
L-Onor. Giovanna Debono,Ministru għal Għawdex, inawgurat dan iċ-ċentru ta’ saħħa u sbuħija waqt attività li saret apposta. Il-Ministru faħħret din l-inizjattiva u qalet li ċentri bħal dawn għandhom funzjoni importanti fil-ħajja ta’ llum.  F’Għawdex is-soċjetà hija wkoll konxja mill-importanza li wieħed jieħu ħsieb saħħtu u jgħix stil ta’ ħajja b’saħħitha.
The Bern Hersey’s HealthBeauty & Fitness Centre għandu faċilitajiet ta’ arja kundizzjonata, użu b’xejn ta’ showers, kif ukoll lounge area. Wieħed jista’ jiffrekwenta dan il-gym wara li japplika għal membership card għal xahar, tliet xhur, sitt xhur jew sena, fejn it-taħriġ isir minn żewġ trainers kif ukoll minn instructor kwalifikata li hija wkoll nutrizzjonista.
Dan iċ-ċentru ser ikunmiftuħ mid-9am sal-11pm bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, kif ukoll is-Sibt bejn id-9am u s-7pm. Is-sessjonijiet ser ikunu jinkludu wkoll attivitajiet fuq barra, fosthom ġirjiet fil-kampanja bir-roti.
The Bern Hersey’sHealth, Beauty & Fitness Centre huwa assoċjat mal-Health and Fitness Centre ta’ Ta’ Qali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €12-il miljun f’lukanda oħra ta’ lussu

PR261975

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri jinħatar Viċi President tas-CPMR għall-Affarijiet Marittimi

PR261974

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru għal Għawdex Clint Camil...

More Press Releases Right arrow