Left arrow Go Back

Titlesta l-inkjesta indipendenti mill-Imħallef Manchè dwar il-mewt ta’ Nicholas Azzopardi

pr1189
Date Icon 22/08/2008
L-Imħallef Albert Manchè, likien inħatar mill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern fid-29 t’April 2008 biex imexxi Inkjesta Indipendenti dwar il-mewt ta’ Nicholas Azzopardi, temm l-inkarigu tiegħu u ppreżenta rapport lill-istess Ministru.
L-inkjesta kienet twaqqfetai termini tal-Artikolu 4 tal-Att dwar l-Inkjesti sabiex:

·        l-ewwel, teżamina l-operat tal-Korp tal-Pulizija għar-rigward ta’ Nicholas Azzopardi, mill-mument tal-arrest sal-mewt tiegħu li ġrat nhar it-22 ta’ April 2008;

·        it-tieni, li teżamina jekk kemm-il darba kienx hemm negliġenza jew abbuż tal-poter mogħti bil-liġi lill-imsemmi Korp tal-Pulizija;

·        it-tielet, li teżamina kull kwistjoni anċillari għall-ħwejjeġ imsemmija fl-ewwel żewġ paragrafi; u

·        r-raba’, li tagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet li huma xierqa b’riżultat tal-konklużjonijiet.

F’dan ir-rapport ġie konkluż is-segwenti:

·        Li l-allegazzjonijiet ta’ Nicholas Azzopardi kienu infondati.

·        Dwar l-ewwel inkarigu mogħti lill-Bord tal-Inkjesta, mill-provi mismugħa u mill-indizji, kif ukoll mill-filmati u provi oħra miġbura, il-Bord iddikjara li kien korrett l-operat tal-Korp tal-Pulizija għar-rigward ta’ Nicholas Azzopardi mill-mument tal-arrest tiegħu sad-data tal-mewt tiegħu li ġrat fit-22 ta’ April 2008.

·        Dwar it-tieni inkarigu, il-Bord iddikjara li ma rriżultat ebda negliġenza jew abbuż ta’ poter mogħti bil-liġi lill-Korp tal-Pulizija.  Il-ħarba ta’ Nicholas Azzopardi lejn iċ-ċint issorprendiet lill-Kuntistabbli Ruben Zammit, li għamel li seta’ biex iżomm lil Nicholas Azzopardi milli jaqbeż.  Ma jistax jingħad li kien hemm negliġenza għax id-diportament ta’ Nicholas Azzopardi qabel l-inċident kien perfettament normali, u kif ġa ġie rilevat, Nicholas Azzopardi kemm dam id-depot ġab ruħu sew u f’ebda ħin ma wera li se jagħmel xi att vjolenti fuq ħaddieħor jew fuqu nnifsu.

·        Isegwi, li mir-riżultanzi, il-Bord ma kellux x’jirrelata dwar l-inkarigi l-oħra billi ma sab xejn x’jiċċensura fl-operat tal-Korp tal-Pulizija fil-konfront ta’ Nicholas Azzopardi.

Ir-rapport tal-inkjesta qed jigi mehmuż ma’ din l-istqarrija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €12-il miljun f’lukanda oħra ta’ lussu

PR261975

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri jinħatar Viċi President tas-CPMR għall-Affarijiet Marittimi

PR261974

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru għal Għawdex Clint Camil...

More Press Releases Right arrow