Left arrow Go Back

Titlesta l-ewwel fażi tal-proġett ta’ riabilitazzjoni tat-Torri ta’ San Tumas

pr1187
Date Icon 22/08/2008
Għadha kif tlestiet l-ewwel fażi tal-proġettta’ riabilitazzjoni tat-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn mill-Fondazzjoni Wirt Artna.  Din il-fażi kienet tikkonsisti f’tindif estensiv minn ġewwa tat-Torri, minn materjali li nġabru maż-żmien u t-tneħħija ta’ għadd ta’ żidiet strutturali moderni li jmorru lura għaż-żmien meta dan il-monument kien jintuża’ bħala ristorant.
Dan ix-xogħol sar matul dawn l-aħħarġimgħatejn minn kuntrattur privat imqabbad mill-Fondazzjoni Wirt Artna.  Qabel ma nbeda x-xogħol, voluntiera mill-istess Fondazzjoni għamlu studju sħiħ tal-bini u li matulu ddokumentaw l-istat li kien fih.  Waqt il-fażi tat-tindif, b’kollox inħarġu minn ġewwa t-torri madwar 18-il skip ta’ skart u materjal tal-kostruzzjoni.
Fil-fażi li jmiss, li mistennija tieħu mhuxiktar minn erba’ ġimgħat, it-Torri ser ikun imnaddaf minn barra u ser ikunu nstallati fih is-servizzi bażiċi għall-viżitaturi. Xogħol ieħor ippjanat hu dak ta’ tiswija tal-bjut qabel ma jibda’ l-istaġun tax-xita kif ukoll li jiġu restawrati jew mibdula l-aperturi tat-torri kif jinħtieg.
It-Torri ta’ San Tumas, mibni mill-GranmastruWignacourt fl-1614 sabiex iħares id-daħla ta’ Wied il-Għajn u l-Bajja ta’ San Tumas, ġie mgħoddi nhar it-Tnejn 4 ta’ Awwissu, mill-Gvern lill-Fondazzjoni Wirt Artna fuq inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi, sabiex ikun restawrat u miftuħ għall-pubbliku bħala attrazzjoni kulturali kif ukoll turistika.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €12-il miljun f’lukanda oħra ta’ lussu

PR261975

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri jinħatar Viċi President tas-CPMR għall-Affarijiet Marittimi

PR261974

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru għal Għawdex Clint Camil...

More Press Releases Right arrow