Left arrow Go Back

Il-Kunsill ta’ BIRŻEBBUĠA jonqos mid-dmirijiet tiegħu lejn ir-residenti

pr1183
Date Icon 21/08/2008
Id-Direttur tal-KunsillLokali  kkomunika mas-Sindku ta’ Birżebbuġa li l-għeluq tal-uffiċċju tal-Kunsill Lokali jmur kontra l-liġi u taħt l-ebda ċirkostanza ma hu ġustifikat.  Hu talbu biex jiftaħ il-Kunsill Lokali biex l-impjegati tal-Kunsill ikunu jistgħu jagħtu servizz lir-residenti ta’ Birżebbuga.
Il-Kunsill Lokali ta’Birżebbuġa meta fit-12 ta’ Ġunju li għadda talab l-approvazzjoni għall-ħatra ta’ Segretarju Eżekuttiv ġdid tal-Kunsill Lokali naqas milli jipprovdi dokumenti u riferenzi li juru li l-persuna li għażel il-Kunsill Lokali kellha l-kompetenzi maniġerjali u amministrattivi biex twettaq il-funzjoni ta’ Segretarju Eżekuttiv, kif mitlub mill-Avviż Legali dwar l-impjegati tal-Kunsilli Lokali.  Dan kien nuqqas serju min-naħa tal-Kunsill Lokali.
Ladarba l-Kunsill mapprovdiex dawn id-dokumenti, id-dipartiment ma setgħax japprova l-isem tal-persuna li ġie sottomess mill-Kunsill Lokali.
Il-Kunsill Lokali  ta’Birżebbuga kellu l-obbligu li flimkien mat-talba għall-approvazzjoni jibgħat ukoll id-dokumenti kollha li juru l-kompetenza tal-persuna suġġerita.  Kien biss din il-ġimgħa li d-Dipartiment irċieva ittra ta’ riferenza bil-ħiliet maniġerjali dwar il-persuna li għażel il-Kunsill.
Il-Kunsill Lokali ta’Birżebbuġa għandu l-ammont sħiħ tal-impjegati u minkejja dan ħoloq problemi bla bżonn lir-residenti.  Bl-azzjoni tiegħu tal-għeluq tal-uffiċċju, il-Kunsill Lokali naqas mid-dmir u l-obbligu tiegħu li jagħtihom servizz.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €12-il miljun f’lukanda oħra ta’ lussu

PR261975

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri jinħatar Viċi President tas-CPMR għall-Affarijiet Marittimi

PR261974

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru għal Għawdex Clint Camil...

More Press Releases Right arrow