Dwieli Ġodda fl-Għarb jagħtu l-ewwel frott
pr1180
21/08/2008
| L-egħlieqi u l-pajsaġġ | pittoresk fil-limiti ta’ l-Għarb, mgħassa fuq naħa mill-kappella medjevali ta’ San Dimitri u fuq l-oħra mill-fanal Ta’ Ġordan, ipprovdew atmosfera idillika għall-ewwel qtigħ ta’ l-għeneb mid-dwieli ġodda ‘Tas-Sisien’. |
| Dan kien avveniment | speċjali għall-intrapriża f’Għawdex, magħrufa bħala ‘Tal-Massar’, li fissret ukoll l-ewwel frott wara erba’ snin ta’ ħidma. Il-proprjetarji, Anthony Hili u martu Marisa, taw bidu għal dan il-proġett bil-għan li jkomplu bit-tradizzjoni tal-familji tagħhom mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra sa mill-1936. Dan ser iwassal biex tal-Massar jipproduċu inbid minn għeneb mkabbar fl-egħlieqi tagħhom f’Għawdex permezz ta’ sistemi u prattiċi ekoloġiċi tajbin. L-ideja tagħhom ħarġet ukoll mill-opportunitajiet li nħolqu permezz tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, speċjalment bil-prospetti ta’ għajnuna finanzjarja mill-bosta skemi relatati ma’ l-agrikoltura u l-konservazzjoni ta’ ambjenti rurali. |
| Il-Ministru għal Għawdex, | l-Onor. Giovanna Debono, attendiet għall-ewwel qtugħ ta’ l-għeneb mill-vinja Tas-Sisien. Il-Ministru faħħret l-intrapriża ta’ din il-koppja żagħżugħa speċjalment kif dawn irnexxielhom jużaw l-opportunitajiet li kienu offruti permezz ta’ skemi finanzjati mill-Unjoni Ewropea, li minnhom huma bbenefikaw flimkien ma’ bdiewa oħra Għawdxin. |
| Minn meta Malta saret membru | fl-Unjoni Ewropea, is-sezzjoni ta’ l-Agrikoltura fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, kien involut fl-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet u fl-għoti ta’ għajnuna u servizzi oħra, relatati ma’ skemi u għajnuna finanzjarja mogħtija minn programmi ta’ fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Il-Ministeru għal Għawdex | kien ukoll involut ma’ entitajiet oħrajn fl-organizzazzjoni ta’ diversi korsijiet u laqgħat ta’ informazzjoni, parzjalment finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew, li fost suġġetti oħra kienu jittrattaw l-Agrikoltura, fosthom il-vitikoltura u l-produzzjoni ta’ l-inbid. |
| Il-Ministru Debono saħqet | dwar l-importanza tal-qasam agrikolu fil-konservazzjoni u l-priservazzjoni ta’ l-ambjent rurali speċjalment fir-rigward tall-kunċett eko-Għawdex. |
| Tal-Massar għażlu mod | partikolari ta’ kif iħarsu lejn il-vitikoltura, li hu magħruf aħjar bħala ‘viticultur rationale’, li bażikament jiffoka fuq il-kwalita’ iktar milli kwantita’ u li jfisser li kull dielja tipproduċi biss żewġ kilo ta’ għeneb. Il-vinja Tas-Sisien għandha densita’ ta’ 4,000 dielja għal kull ettaru li mistennija jipproduċu 5,000 flixkun ta’ inbid aħmar Għawdxi b’ċertifikazzjoni D.O.K. |
| Id-dwieli tat-tip ‘Nero | d’Avola’ u ‘San Giovese’, huma wkoll innovattivi kif inhuma l-prattiċi ambjentali tajbin li qed jintużaw fit-tkabbir ta’ l-għeneb. Dawn huma bbażati fl-integrazjoni ta’ prinċipji xjentifiċi u ekoloġiċi kif imfissra fil-leġiżlazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan jirrikjedi li l-għeneb ikun mkabbar mingħajr l-użu ta’ l-erbiċidi u jintużaw biss prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u l-anqas lill-bniedem. B’hekk l-inbid ipproċessat ma’ jkollux residwi tossiċi. |
| Qraba u ħbieb tal-koppja | Hili attendew u għenu fil-ħsad ta’ l-għeneb. Is-sindku ta’ l-Għarb, is-Sur David Apap, kien ukoll preżenti għal din l-attivita’. |
Other Press Releases:
PR261975
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261974