Konnessjoni qawwija bejn l-industrija agrikola u l-ambjent rurali f’Għawdex
pr1173
18/08/2008
| ‘L-Industrija agrikola | għandha kontribuzzjoni qawwija lejn il-konservazzjoni ta’ l-aspett naturali u rurali ta’ Għawdex.‘ Dan intqal mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, waqt il-preżentazzjoni ta’ premjijiet lill-bdiewa u raħħala li pparteċipaw fl-edizzjoni tal-Wirja tal-Biedja u Snajja 2008 organizzata sa mill-1855 mis-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali ta’ Għawdex. |
| Il-Ministru Debono | faħħret l-inizjattivi ta’ bosta bdiewa u raħħala Għawdxin li għarfu jieħdu l-opportunità mogħtija lilhom permezz tas-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. Din l-inizjattiva wasslet biex bosta bdiewa u raħħala tejbu l-faċilitajiet fl-għelieqi u l-irziezet tagħhom bir-riżultat li tjieb ukoll il-prodott agrikolu Għawdxi. |
| Dan jgħodd b’mod | partikolari fil-qasam tal-produzzjoni ta’ l-inbid fejn il-bdiewa Għawdxin, permezz tal-Koperattiva Gozitano u diversi għassara, kienu minn ta’ l-ewwel biex japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni, magħrufa bħala DOC u IGT, li tipproteġi u tikkontrolla l-oriġini ta’ l-għeneb. |
| Dan ser jiftaħ aktar | opportunitajiet li minnhom dawn il-bdiewa Għawdxin ser ikunu jistgħu japplikaw għal aktar fondi f’dan ir-rigward. Tip ta’ ċertifikazzjoni oħra (DOP) qed tintalab fir-rigward tal-lumi larinġ, li huwa prodott tipiku ieħor imkabbar mill-bdiewa Għawdxin. |
| Il-Ministru qalet li | matul l-2007 is-sezzjoni ta’ l-Agrikoltura taħt id-Dipartiment ta’ Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, ipproċessat 1,299 applikazzjoni taħt skemi ta’ għajnuna għall-bdiewa. Dawn l-iskemi komplew fuq skemi simili li tħaddmu f’dawn l-aħħar snin permezz ta’ kofinanzjament minn fondi Ewropej u kienu ntiżi li joffru għajnuna f’diversi oqsma agrikoli. |
| Dawn kienu jinkludu | talbiet ta’ għajnuna għall-produzzjoni u pproċessar ta’ tadam, frott u ħxejjex, dik addizzjonali għat-tkabbir tad-dwieli, għajnuna għat-tkabbir ta’ siġar taż-żebbuġ u l-‘ad hoc’ scheme għall-bdiewa full time. Minn 1,299 applikant, 148 kienu bdiewa full time. |
| Il-Ministru għal Għawdex | saħqet li l-agrikoltura ser ikun qasam li se jkollu kontribuzzjoni qawwija lejn is-suċċess tat-twettieq tal-viżjoni eko-Għawdex. Dan fl-ambitu tal-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex li fis-snin li ġejjin ser tkun iffukata għat-twettieq ta’ dan il-proġett ambizzjuż. |
Other Press Releases:
PR261975
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261974