Left arrow Go Back

Inawgurata l-Wirja annwali tal-Biedja u Snajja’ f’villa rundle f’għawdex

pr1171
Date Icon 18/08/2008
Il-Ħamisfilgħodu ġiet inawgurata l-edizzjoni tas-sena 2008 tal-Wirja tal-Biedja u Snajja’ organizzata mis-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali ta’ Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, bl-għajnuna tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Din is-soċjetàilha mwaqqfa sa mill-1855 u ilha torganizza l-Wirja Annwali tal-Biedja u Snajja’ sa mit-twaqqif tagħha. Bħas-snin l-imgħoddija l-wirja saret fil-ġonna pubbliċi magħrufa bħala Villa Rundle fir-Rabat Għawdex u għaliha jattendu bosta Għawdxin kif ukoll Maltin u barranin li bħalissa jinsabu Għawdex għall-btajjel.
Il-Ministru għal Għawdex,l-Onor. Giovanna Debono inawgurat uffiċjalment din il-wirja li tbierket mill-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech. Preżenti kien hemm ukoll uffiċjali u membri tas-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali ta’ Għawdex flimkien mad-direttur u uffiċjali mid-Dipartiment ta’ Proġetti u Żvilupp tal-Ministeru għal Għawdex.
Din il-wirja tesponigħall-pubbliku dak li għandu x’joffri s-settur agrikolu u artiġjanali Għawdxi permezz tal-prodotti esebiti minnn numru ta’ bdiewa u raħħala Għawdxin. Dawn ivarjaw minn żrieragħ, pjanti, frott u ħxejjex  flimkien ma’ prodotti proċessati bħal għasel, ġobon, inbid u ikel ieħor. Din is-sena qed jerġa’ jkun hemm il-preżenza ta’ attrazzjoni speċjali ta’ din il-wirja li hi t-taqsima ta’ l-annimali tal-irziezet. Dan wara li s-sena l-oħra kienu nieqsa mill-wirja minħabba miżuri ta’ prekawzjoni. Snajja’ u prodotti artiġjanali Għawdxin huma wkoll sors ta’ attrazzjoni li jiġi ammirati minn eluf ta’ viżitaturi.
Il-Ministru għal Għawdexfakkret kif l-agrikoltura hija qasam importanti fl-ekonomija Għawdxija u fuq kollox għandha wkoll sinifikat importanti fiż-żamma tal-ambjent rurali tal-gżira. Dan jgħodd b’mod partikolari f’dan iż-żmien meta l-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex hija kkonċentrata dwar il-viżjoni ‘eko-Għawdex’, li finalment trid twassal biex Għawdex jinbidel fi gżira ekoloġika.
Għal dan il-għanil-Ministeru għal Għawdex ħaseb biex il-wirja ta’ din is-sena tkun tinkludi stand imwaqqaf apposta biex dawk li jżuru l-wirja jkunu jistgħu jiksbu aktar informazzjoni u jagħtu s-suġġerimenti tagħhom bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li qed issir f’dan ir-rigward.
Aktar tard filgħaxija,il-Ministru Giovanna Debono qassmet il-premjijiet fil-kategoriji ta’ snajja’ u artiġjanat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €12-il miljun f’lukanda oħra ta’ lussu

PR261975

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri jinħatar Viċi President tas-CPMR għall-Affarijiet Marittimi

PR261974

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru għal Għawdex Clint Camil...

More Press Releases Right arrow